L-44 anniversarju ta’ l-Indipendenza ta’ Malta iĊĊelebrat fid-Danimarka
pr1446
07/10/2008
| F’għeluq l-44 anniversarju ta’ | l-Indipendenza ta’ Malta, l-Ambaxxata Maltija ta’ Kopenhagen organizzat attivita’ kulturali għall-komunita’ Maltija fid-Danimarka. |
| Fl-ewwel parti, l-mistednin zaru s-Soċjeta’ | Daniza ta’ l-Uffiċjali Marittimi fejn fost il-kollezzjoni privata hemm pittura tal-Port il-Kbir, il-Belt. Theodor Frederik Kloss pitter dan l-inkwadru fl-1843 u s-suġġett huwa l-bastiment Daniz, ‘Thetis’ illi dik is-sena, waqt li kienet qed tbaħħar lejn Livorno sabiex tiġbor xi xogħlijiet ta’ l-iskultur Daniz, Thorvaldsen, waqfet f’Malta. |
| Il-pittura tiġbor xena mill-isbaħ tal-Belt | Valletta fis-seklu 19 bit-‘Thetis’ imdawwar b’numru ta’ bastimenti Inglizi, b’fuq naħa dettalji ta’ l-arkitettura tal-Belt Valletta u fuq in-naħa l-oħra Sant’Anġlu u t-tlett ibliet. |
| Kloss huwa pittur marittimu | magħruf u huwa meqjus bħala wieħed mill-artisti Danizi tal-perijodu ‘Golden Age’. Il-Maltin li joqgħodu d-Danimarka kienu kburin li raw pittura ta’ pajjizhom f’kollezzjoni prestiġjuza tas-Soċjeta’ Daniza ta’ l-Uffiċjali Marittimi. Wara li l-mistednin raw il-pittura, Paul Radmilli Chargé d’affaires a.i. stieden lil kulħadd biex jattendu fl-Ambaxxata Maltija għal riċeviment. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979