Left arrow Mur Lura

L-Onor. Giovanna Debono ikkonfermata viċi-President tal-Political Bureau tas-CPMR

pr1445
Date Icon 07/10/2008
Waqt is-36Assemblea Ġenerali tal-Konferenza għar-Reġjuni Periferiċi u Marittimi ta’ l-Ewropa (CPMR), li saret bejn it-2 u t-3 ta’ Ottubru, 2008 f’Aquitaine fi Franza, l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex reġgħet ġiet ikkonfermata bħala Viċi President tal-Political Bureau..
Il-Ministru għal Għawdex ipparteċipatf’din l-assemblea li matulha ġew diskussi diversi temi minn perspettiva reġjonali. Id-diskussjoni kellha wkoll il-parteċipazzjoni ta’ awtoritajiet u esperti f’oqsma rispettivi, fosthom il-Kummissarju Ewropew għas-Sajd u Affarijiet Marittimi, Dr Joe Borg, flimkien ma’ rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u Awtoritajiet Reġjonali.
Il-Konferenza għar-Reġjuni Periferiċi uMarittimi ta’ l-Ewropa (CPMR) twaqqfet fl-1973 bi 30 reġjun bħala membri. Illum is-CPMR tirrappreżenta 159 reġjun li ġejjin minn 29 pajjiż differenti li għandhom popolazzjoni bejniethom li tlaħħaq madwar 200 miljun ruħ. L-għan ewlieni wara l-ħidma ta’ dawk ir-reġjuni membri fis-CPMR hi dik li jiġu żviluppati aħjar iż-żoni periferiċi u gżejjer madwar l-Ewropa. Permezz ta’ taħditiet u negozjati ma’ Gvernijiet ċentrali u istituzzjonijiet Ewropej, is-CPMR taħdem favur il-kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet u l-interessi tat-territorji tagħha b’mod partikolari fejn tidħol politika li jista’ jkollha impatt territorjali qawwi bħal fil-każ tal-politika reġjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, l-iżvilupp sostenibbli, it-trasport, l-agrikoltura, is-sajd u r-riċerka.
Il-Konferenza għar-Reġjuni Periferiċi Marittimita’ l-Ewropa  hija maqsuma f’sitt kummissjonijiet ġeografiċi li jinkludu il-Kummissjoni tal-Gżejjer u l-Kummissjoni Inter-Mediterranja, li tagħhom ir-reġjun ta’ Għawdex huwa membru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow