Notifikazzjoni ta’ boreholes gĦall-estrazzjoni ta’ l-ilma
pr1444
07/10/2008
| Skond kalkoli tal-Awtorita’ Maltija dwar | ir-Riżorsi, biex ir-rata ta’ estrazzjoni ta’ l-ilma tkun waħda sostenibbli għandu jiġi estratt mhux aktar minn 23 Miljun metru kubu ta’ ilma fis-sena. Biss huwa stmat li qed jitella mill-pjan madwar 34 Miljun metru kubu fis-sena, jiġifieri madwar 11-il miljun metru kubu aktar fis-sena. |
| Il-Ministru Pullicino ħabbar li llum il-Gvern | ħareġ żewġ Avviżi Legali ħalli l-awtoritajiet ikollhom stampa ċara ta’ kif qed tintuża ir-riżorsa ta’ l-ilma ta’ taħt l-art. Il-Ministru Pullicino sostna li qegħdin jinħarġu dawn l-Avviżi Legali għaliex: “huwa fatt stabbilit li l-kundizzjoni ta’ dan ir-riżors, li huwa l-uniku sors ta’ ilma naturali għall-pajjiż, jinsab taħt pressjoni kbira u għalhekk hemm bżonn li pajjiżna jibda jieħu l-passi neċessarji sabiex tiġi garantita s-sostenibilita’ ta’ dan ir-riżors. Hemm ħtieġa li l-ilma ta’ taħt l-art jibqa’ sors ta’ ilma tajjeb u li jkun kapaċi jsostni d-domanda għall-ilma f’Malta u Għawdex mhux biss għal-lum iżda wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri.” |
| L-ewwel Avviż Legali 255/08 huwa ntiż sabiex | tingħata l-opportunita’ li ssir notifika tas-sorsi (boreholes u spieri) kollha ta’ l-ilma ta’ taħt l-art li ma ġewx notifikati taħt l-Avviż Legali 120 ta’ l-1997. Il-Publiku se jkollu xahar żmien biex jinnotifika l-boreholes u l-ispieri li għandu. Dan għandu jwassal sabiex il-Gvern ikollu stampa ċara tan-numru u s-siti tas-sorsi ta’ l-ilma kollha fil-pajjiż, kif ukoll dwar l-użu tagħhom mid-diversi setturi ekonomiċi. Il-Gvern jirrikonoxxi l-bżonn ta’ l-ilma għad-diversi setturi ekonomiċi f’Malta, u jrid jiżgura li dan il-bżonn jiġi sostnut, dejjem sakemm jiġi ssalvagwardjat l-istat ambjentali tajjeb tar-riżors naturali ta’ l-ilma. |
| Il-Ministru Pullicino irrimarka li n-notifika | ta’ sors ta’ l-ilma ta’ taħt l-art m’għandiex tiġi interpretata bħala dritt awtomatiku għall-estrazzjoni ta’ l-ilma, aktar u aktar meta s-sors inkwistjoni jista jkun qed ikollu effett detrimentali fuq il-kwalita’ ta’ l-ilma. Jekk xi utent ta’ sors ta’ ilma ta’ taħt l-art jonqos li jinnotifika lill-Awtorita’ fiż-żmien stabbilit, jista’ jeħel il-penalitajiet skond kif stabbiliti bil-Liġi li kienet daħlet fis-seħħ fl-1997 fejn tindika li l-multa minima hi dik ta’ €9,300 filwaqt li l-multa massima hi dik ta’ €18,600. |
| It-tieni Avviż Legali 254/08 jistabbilixxi qafas | regolatorju għat-tħaffir ta’ boreholes ġodda u xogħol ta’ tħaffir ieħor. Dan ifisser li sabiex isiru xogħlijiet ta’ dan it-tip, mil-lum il-quddiem hemm l-obbligu li jintalab permess mill-Awtorita’ Maltija dwar ir-Riżorsi. Il-Ministru Pullicino enfasizza li biex wieħed ma jħallix is-sitwazzjoni teħżien aktar, u biex tittieħed stampa ċara, għalissamhux ser jiġu aċċettati applikazzjonijiet u mhux ser jinħargu permessi għal xogħol ta’ tħaffir ta’ boreholes ġodda għall-skopijiet sabiex jittella l-ilma. |
| L-Avviż Legali jipprevedi multi ta’ mhux inqas | minn €20,000 sa massimu ta’ €50,000 flimkien mal-konfiska tal-makkinarju użat fix-xogħol ta’ tħaffir, għal min jinqabad jagħmel xogħol mingħajr il-permessi neċessarji waqt dan il-perjodu tal-moratorium. |
| Dawn iż-żewġ avviżi legali jorbtu ma’ l-Avviż | Legali 165/97 dwar makkinarju li jintuża għat-tħaffir, għandhom jinnotifikaw lill-Awtorita Maltija tar-Riżorsi. Min mhux se jinnotifika l-apparat tiegħu jista’ jeħel multa ta’ mhux inqas minn €9,300 sa massimu ta’ €18,600 flimkien mal-konfiska ta’ l-apparat. |
L-applikazzjoni trid tintela minn perit u tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku www.mra.org.mt. Man-notifika tas-sors ta’ l-ilma ta’ taħt l-art għandu jitħallas lill-awtorita’ is-somma ta’ €230.
Stqarrijiet Oħra:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979