RIFORMA GĦAL SERVIZZ TA’ TRASPORT PUBBLIKU LI JGĦAQQAD AĦJAR U B’AKTAR EFFIĊJENZA LILL-IRĦULA
pr1441
07/10/2008
| “Ir-riforma li nieda l-Gvern fil-qasam | tas-servizz tat-trasport pubbliku għandha twassal biex ikun sostnut l-iżvilupp soċjo-ekonomiku billi jiżdied l-aċċess filwaqt li jkun assigurat li s-servizz tat-trasport pubbliku tassew jaqdi il-ħtiġiet tal-pubbliku. Servizz ta’ trasport ġdid li jibda jgħaqqad aħjar u b’aktar effiċjenza lill-irħula.” |
| Dan | intqal mill-Onor. Austin Gatt, Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, meta dalgħodu inawgura wirja li tikkonsisti f’sensiela ta’ proposti ta’ landscaping għal-lokalita’ ta’ Marsascala, li tħejjew minn madwar 40 student mill-Universitajiet ta’ Berlin, Anhalt u Oslo. Din il-wirja hi parti mill-proġett imsejjaħ Marsascala Transit Village li qed ikun ikkordinat mill-Projects Development Coordination Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li dawn il-proposti | qed isiru f’mument fejn il-Gvern qed jaħdem fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku maħsuba wkoll biex jonqos il-piż mill-Belt mingħajr ma jonqos l-aċċess, filwaqt li tkun tista’ tippermetti servizzi ta’ trasport pubbliku aktar dirett, b’tali mod li jgħaqqad aħjar lill-irħula u b’hekk min ikun se juża t-trasport pubbliku ma jieħux tul ta’ żmien żejjed. |
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni rrefera għal-lokalita’ ta’ Marsascala u semma kif din il-lokalita’ hi eżempju tajjeb ta’ kif jista’ jkun hemm linja diretta għall-belt Valletta u fl-istess ħin ikun hemm rotot oħra għall-irħula ta’ l-inħawi u servizzi minn żona għal oħra f’Marsascala stess. |
| Il-Ministru Austin Gatt semma kif bidliet bħal | dawn huma kumplimentari għal dak li qiegħed ikun propost f’din il-wirja. Dan hekk kif il-proposti flimkien mal-Pjan ta’ Azzjoni għar-Riġenerazzjoni huma maħsuba biex id-diversi żoni fl-istess lokalita’ jkunu integrati billi tiżdied il-mobilita’ u l-aċċessibbilta’, jiddaħħlu sistemi ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u tmexxija aħjar tat-traffiku. |
| Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku | fit-Torri ta’ San Tumas, Marsascala nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej bejn id-9 am u 12 pm, u mill-4 pm sat-8 pm. Minbarra din il-wirja, nhar il-Ġimgħa li ġej se jsir seminar bit-tema Landscaping Architecture in Malta. Din se ssir fl-Aula Magna, l-Universita l-Qadima, il-belt Valletta fid-9.30 am. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979