Left arrow Go Back

RIFORMA GĦAL SERVIZZ TA’ TRASPORT PUBBLIKU LI JGĦAQQAD AĦJAR U B’AKTAR EFFIĊJENZA LILL-IRĦULA

pr1441
Date Icon 07/10/2008
“Ir-riforma li nieda l-Gvern fil-qasamtas-servizz tat-trasport pubbliku għandha twassal biex ikun sostnut l-iżvilupp soċjo-ekonomiku billi jiżdied l-aċċess filwaqt li jkun assigurat li s-servizz tat-trasport pubbliku tassew jaqdi il-ħtiġiet tal-pubbliku. Servizz ta’ trasport ġdid li jibda jgħaqqad aħjar u b’aktar effiċjenza lill-irħula.”
Danintqal mill-Onor. Austin Gatt, Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, meta dalgħodu inawgura wirja  li tikkonsisti f’sensiela ta’ proposti ta’ landscaping għal-lokalita’ ta’ Marsascala, li tħejjew minn madwar 40 student mill-Universitajiet ta’ Berlin, Anhalt u Oslo. Din il-wirja hi parti mill-proġett imsejjaħ Marsascala Transit Village li qed ikun ikkordinat mill-Projects Development Coordination Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Il-Ministru Austin Gatt qal li dawn il-propostiqed isiru f’mument fejn il-Gvern qed jaħdem fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku maħsuba wkoll biex jonqos il-piż mill-Belt mingħajr ma jonqos l-aċċess, filwaqt li tkun tista’ tippermetti servizzi ta’ trasport pubbliku aktar dirett,  b’tali mod li jgħaqqad aħjar lill-irħula u b’hekk min ikun se juża t-trasport pubbliku ma jieħux tul ta’ żmien żejjed.
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni rrefera għal-lokalita’ ta’ Marsascala u semma kif din il-lokalita’ hi eżempju tajjeb ta’ kif jista’ jkun hemm linja diretta għall-belt Valletta u fl-istess ħin ikun hemm rotot oħra għall-irħula ta’ l-inħawi u servizzi minn żona għal oħra f’Marsascala stess.
Il-Ministru Austin Gatt semma kif bidliet bħaldawn huma kumplimentari għal dak li qiegħed ikun propost f’din il-wirja. Dan hekk kif il-proposti flimkien mal-Pjan ta’ Azzjoni għar-Riġenerazzjoni huma maħsuba biex id-diversi żoni fl-istess lokalita’ jkunu integrati billi tiżdied il-mobilita’ u l-aċċessibbilta’, jiddaħħlu sistemi ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u tmexxija aħjar tat-traffiku.
Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubblikufit-Torri ta’ San Tumas, Marsascala nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej bejn id-9 am u 12 pm, u mill-4 pm sat-8 pm. Minbarra din il-wirja, nhar il-Ġimgħa li ġej se jsir seminar bit-tema Landscaping Architecture in Malta. Din se ssir fl-Aula Magna, l-Universita l-Qadima, il-belt Valletta fid-9.30 am.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow