Left arrow Mur Lura

JIBDA JOPERA L-IMPJANT TAT-TISFIJA TAD-DRENAĠĠ FIL-MELLIEĦA

pr1440
Date Icon 07/10/2008
Id-drenaġġ li jintrema’ fil-baħar miċ-Ċumnijafil-Mellieħa beda jissaffa mit-tniġġiż qabel jintrema’ sa mill-aħħar ġimgħa ta’ Settembru 2008.   Dan hu żvilupp important fl-isforz nazzjonali biex jitnaqqas l-impatt u l-ħsara fuq l-ambjent fuq speċi ta’ flora u fawna minħabba l-attività umana.
L-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ issa bedajsaffi id-drenaġġ iġġenerat fit-tramuntana ta’ Malta. Dan huwa t-tieni impjant li qed jopera, wara li f’Novembru 2007 beda jaħdem l-impjant li jsaffi d-drenaġġ kollu t’Għawdex.  Bħalissa qegħdin jitlestew xi xogħlijiet tal-aħħar immirati li jkomplu jtejbu l-effiċenza tal-operat tal-impjant.
Għall-ewwel darba d-drenaġġ iġġenerat f’Malta (waraGħawdex), qed jissaffa qabel jintrema’ fil-baħar. Biż-żieda fil-popolazzjoni ta’ Malta u bl-attività ekonomika dejjem tikber, l-aktar fis-settur tat-turiżmu, il-volum ta’ drenaġġ iħalli impatt insostenibbli fuq il-proċessi naturali u għalhekk li Malta daħlet għall-obbligi internazzjonali li jorbtuha ssaffi d-drenaġġ kollu qabel imur fil-baħar.
L-impjant isaffi d-drenaġġ fi tliet stadjisakemm iġibu fil-livell li jitqies bħala ‘ilma tat-tieni klassi’ u li jekk jintrema’ fil-baħar ma jkollu ebda impatt negattiv fuq l-ambjent marittimu u fuq is-saħħa tal-bnedmin u speċi oħra ta’ fawna u flora.
Fl-ewwel stadju, id-drenaġġ li jidħol fl-impjantjissaffa bi proċess mekkaniku biex jitneħħew solidi u xaħmijiet. Minn hawn, id-drenaġġ jgħaddi għat-tieni proċess; dak bijoloġiku li jsaffi l-ilma mill-impuritajiet tiegħu b’mod naturali li jdum bejn 18 u 24 siegħa f’tankijiet. Fl-aħħar l-ilma jissaffa billi jgħaddi minn filtri tar-ramel u jiġi ddisinfettat bil-klorin.
Il-kuntratt għall-kostruzzjoni tal-impjant u l-infrastrutturameħtieġa kif wkoll l-operat ta’dan l-impjant għall-perijodu ta’ ħames snin ġie ppublikat fit-28 ta’April 2004. L-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ tal-Mellieħa kien oriġinarjament stmat li se jiswa €8.97 miljun li jinkludu l-ispiża tal-infrastruttura sħiħa (permezz ta’ mina u pompi tad-drenaġġ) li tibda mill-bajja tal-Pwales f’San Pawl il-Baħar u tasal sal-impjant fil-Mellieħa.
Il-proġett ġie ffinanzjat kollu minn fondital-Ħames Protokoll Taljan u g]alhekk kellu jsir minn kuntratturi Taljani. Wara proċess ta’ aġġudikazzjoni l-kuntratt ingħata lil-konsorzju magħmul minn IBI (Idrobioimpianti) Spa u Polidano Group Ltd. Il-kuntratt ġie ffirmat fid-19 ta’ Novembru 2004.
Oriġinarjament ix-xogħlijiet kienu ppjanati lijibdew fl-4 ta’ Lulju 2005 iżda minħabba dewmien fil-ħruġ tal-permessi mill-MEPA, il-konsorzju seta’ biss jaċċessa l-lok ta’ kostruzzjoni fid-9 ta’ Mejju 2006 u kellu jitlesta f’Lulju 2007.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellhaħafna problemi mal-konsorzju fit-twettiq ta’ dan il-proġett u l-operat tal-konsorzju ma kienx ta’ livell sodisfaċenti. Dan wassal biex il-proġett jitlesta 15-il xahar wara d-data oriġinarjament ippjanata.
Mit-€8.97 miljun allokati mill-Ħames ProtokollTaljan għal dan il-proġett, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma irkuprat €8.82miljun: 98% tal-fondi eliġibbli. L-ammont li ma laħaqx ġie irkuprat kien ta’ €150,000 jew 1.7% tal-valur kuntrattwali tal-proġett kollu u l-Korporazzjoni innotifikat lill-konsorzju  b’mod formali li se tieħu l-azzjonijiet kollha permessi mil-liġi biex tirkupra minnu dawn il-fondi mitlufa kawża tad-dewmien.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċevietmingħand il-konsorzju sensiela ta’ talbiet għal varjazzjonijiet mill-ħlas miftiehem fil-kuntratt oriġinali għall-valur ta’ €4.98 miljun. Minn dawn, il-Korporazzjoni aċċettat l-ammont ta’ €1.7 miljun li huwa ekwivalenti għal madwar 35% tal-varjazzjonijiet kollha mitluba. Il-biċċa l-kbira tal-varjazzjonijiet aċċettati (€1.59 miljun) kellhom isiru minħabba li l-MEPA bidlet is-sit tal-impjant wara li kien ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-konsorzju u l-Korporazzjoni.
Huwa ppjanat li l-inawgurazzjoniformali ta’ dan l-impjant issir fil-ġimgħat li ġejjin
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow