JIBDA JOPERA L-IMPJANT TAT-TISFIJA TAD-DRENAĠĠ FIL-MELLIEĦA
pr1440
07/10/2008
| Id-drenaġġ li jintrema’ fil-baħar miċ-Ċumnija | fil-Mellieħa beda jissaffa mit-tniġġiż qabel jintrema’ sa mill-aħħar ġimgħa ta’ Settembru 2008. Dan hu żvilupp important fl-isforz nazzjonali biex jitnaqqas l-impatt u l-ħsara fuq l-ambjent fuq speċi ta’ flora u fawna minħabba l-attività umana. |
| L-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ issa beda | jsaffi id-drenaġġ iġġenerat fit-tramuntana ta’ Malta. Dan huwa t-tieni impjant li qed jopera, wara li f’Novembru 2007 beda jaħdem l-impjant li jsaffi d-drenaġġ kollu t’Għawdex. Bħalissa qegħdin jitlestew xi xogħlijiet tal-aħħar immirati li jkomplu jtejbu l-effiċenza tal-operat tal-impjant. |
| Għall-ewwel darba d-drenaġġ iġġenerat f’Malta (wara | Għawdex), qed jissaffa qabel jintrema’ fil-baħar. Biż-żieda fil-popolazzjoni ta’ Malta u bl-attività ekonomika dejjem tikber, l-aktar fis-settur tat-turiżmu, il-volum ta’ drenaġġ iħalli impatt insostenibbli fuq il-proċessi naturali u għalhekk li Malta daħlet għall-obbligi internazzjonali li jorbtuha ssaffi d-drenaġġ kollu qabel imur fil-baħar. |
| L-impjant isaffi d-drenaġġ fi tliet stadji | sakemm iġibu fil-livell li jitqies bħala ‘ilma tat-tieni klassi’ u li jekk jintrema’ fil-baħar ma jkollu ebda impatt negattiv fuq l-ambjent marittimu u fuq is-saħħa tal-bnedmin u speċi oħra ta’ fawna u flora. |
| Fl-ewwel stadju, id-drenaġġ li jidħol fl-impjant | jissaffa bi proċess mekkaniku biex jitneħħew solidi u xaħmijiet. Minn hawn, id-drenaġġ jgħaddi għat-tieni proċess; dak bijoloġiku li jsaffi l-ilma mill-impuritajiet tiegħu b’mod naturali li jdum bejn 18 u 24 siegħa f’tankijiet. Fl-aħħar l-ilma jissaffa billi jgħaddi minn filtri tar-ramel u jiġi ddisinfettat bil-klorin. |
| Il-kuntratt għall-kostruzzjoni tal-impjant u l-infrastruttura | meħtieġa kif wkoll l-operat ta’dan l-impjant għall-perijodu ta’ ħames snin ġie ppublikat fit-28 ta’April 2004. L-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ tal-Mellieħa kien oriġinarjament stmat li se jiswa €8.97 miljun li jinkludu l-ispiża tal-infrastruttura sħiħa (permezz ta’ mina u pompi tad-drenaġġ) li tibda mill-bajja tal-Pwales f’San Pawl il-Baħar u tasal sal-impjant fil-Mellieħa. |
| Il-proġett ġie ffinanzjat kollu minn fondi | tal-Ħames Protokoll Taljan u g]alhekk kellu jsir minn kuntratturi Taljani. Wara proċess ta’ aġġudikazzjoni l-kuntratt ingħata lil-konsorzju magħmul minn IBI (Idrobioimpianti) Spa u Polidano Group Ltd. Il-kuntratt ġie ffirmat fid-19 ta’ Novembru 2004. |
| Oriġinarjament ix-xogħlijiet kienu ppjanati li | jibdew fl-4 ta’ Lulju 2005 iżda minħabba dewmien fil-ħruġ tal-permessi mill-MEPA, il-konsorzju seta’ biss jaċċessa l-lok ta’ kostruzzjoni fid-9 ta’ Mejju 2006 u kellu jitlesta f’Lulju 2007. |
| Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha | ħafna problemi mal-konsorzju fit-twettiq ta’ dan il-proġett u l-operat tal-konsorzju ma kienx ta’ livell sodisfaċenti. Dan wassal biex il-proġett jitlesta 15-il xahar wara d-data oriġinarjament ippjanata. |
| Mit-€8.97 miljun allokati mill-Ħames Protokoll | Taljan għal dan il-proġett, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma irkuprat €8.82miljun: 98% tal-fondi eliġibbli. L-ammont li ma laħaqx ġie irkuprat kien ta’ €150,000 jew 1.7% tal-valur kuntrattwali tal-proġett kollu u l-Korporazzjoni innotifikat lill-konsorzju b’mod formali li se tieħu l-azzjonijiet kollha permessi mil-liġi biex tirkupra minnu dawn il-fondi mitlufa kawża tad-dewmien. |
| Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċeviet | mingħand il-konsorzju sensiela ta’ talbiet għal varjazzjonijiet mill-ħlas miftiehem fil-kuntratt oriġinali għall-valur ta’ €4.98 miljun. Minn dawn, il-Korporazzjoni aċċettat l-ammont ta’ €1.7 miljun li huwa ekwivalenti għal madwar 35% tal-varjazzjonijiet kollha mitluba. Il-biċċa l-kbira tal-varjazzjonijiet aċċettati (€1.59 miljun) kellhom isiru minħabba li l-MEPA bidlet is-sit tal-impjant wara li kien ġie ffirmat il-kuntratt bejn il-konsorzju u l-Korporazzjoni. |
| Huwa ppjanat li l-inawgurazzjoni | formali ta’ dan l-impjant issir fil-ġimgħat li ġejjin |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979