Left arrow Mur Lura

IT-TISĦIĦ TAL-PARLAMENT: IL-KUMITAT MAGĦŻUL JIBDA L-KONSULTAZZJONI

pr1439
Date Icon 07/10/2008
Dalgħodu ngħata bidu għall-proċess ta’konsultazzjoni dwar it-temi ta’ interess nazzjonali li l-Parlament indika meta unanimament adotta r-Riżoluzzjoni li waqqfet il-Kumitat Magħżul li hu ppresedut mill-Ispeaker Louis Galea. L-ewwel qasam li dwaru qed issir il-konsultazzjoni huwa ‘It-Tisħiħ tal-Parlament’.
Dalgħodu l-Kumitat sema’ l-fehmiet ta’ erba’personalitajiet distinti li għandhom esperjenza valida fil-Parlament. Il-Kumitat iltaqa’ ma’ tliet ex-Speakers tal-Kamra tad-Deputati, Dr Daniel Micallef, Dr Myriam Spiteri Debono u s-Sur Anton Tabone. Il-Kumitat sema’ wkoll lil President Emeritu Dr Ugo Mifsud Bonnici li kien wettaq l-inkarigu mogħti lilu mill-Ispeaker Tabone u ssottometta rapport dwar aġġornament tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati.
L-erba’ personalitajiet taw preżentazzjoniverbali lill-Kumitat u kien hemm skambju ta’ mistoqsijiet u kummenti fuq kull preżentazzjoni. Fost id-diversi punti li tqanqlu f’din is-sessjoni kien hemm dawk li jirrigwardaw l-awtonomija tal-Parlament bħala istituzzjoni, reviżjoni tal-Ordnijiet Permanenti, riżorsi aħjar għall-Parlament u l-parlamentari, aktar komunikazzjoni dwar il-ħidma legiżlattiva tal-Parlament fl-istadji diversi tagħha, opportunitajiet aktar effettivi biex il-Membri Parlamentari jwettqu l-funzjoni legiżlattiva u dik ta’ skrutinju tal-ħidma u l-ispiża tal-Gvern, imġiba politika korretta, ċittadini informati aħjar, opportunità aħjar biex l-Oppożizzjoni tqanqal materji għal diskussjoni fil-Parlament, u ċentru ta’ dokumentazzjoni għal riċerka aħjar mill-Membri u l-uffiċjali tal-Parlament.

Il-konsultazzjoni ser tkompli nhar is-Sibt, 18 ta’ Ottubru, bejn id-9.00 a.m. u 12.00 p.m. meta kull min wera interess li jipparteċipa ser ikun mistieden fil-Kamra tal-Kumitati tal-Parlament biex jieħu sehem f’laqgħa pubblika. Tagħrif dettaljat dwar il-ħidma tal-Kumitat Magħżul jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku www.parliament.gov.mt. Kull min jixtieq jikkomunika mal-Kumitat jista’ jikteb lil Mr Speaker b’ittra jew b’email fuq selectcommittee@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow