IT-TISĦIĦ TAL-PARLAMENT: IL-KUMITAT MAGĦŻUL JIBDA L-KONSULTAZZJONI
pr1439
07/10/2008
| Dalgħodu ngħata bidu għall-proċess ta’ | konsultazzjoni dwar it-temi ta’ interess nazzjonali li l-Parlament indika meta unanimament adotta r-Riżoluzzjoni li waqqfet il-Kumitat Magħżul li hu ppresedut mill-Ispeaker Louis Galea. L-ewwel qasam li dwaru qed issir il-konsultazzjoni huwa ‘It-Tisħiħ tal-Parlament’. |
| Dalgħodu l-Kumitat sema’ l-fehmiet ta’ erba’ | personalitajiet distinti li għandhom esperjenza valida fil-Parlament. Il-Kumitat iltaqa’ ma’ tliet ex-Speakers tal-Kamra tad-Deputati, Dr Daniel Micallef, Dr Myriam Spiteri Debono u s-Sur Anton Tabone. Il-Kumitat sema’ wkoll lil President Emeritu Dr Ugo Mifsud Bonnici li kien wettaq l-inkarigu mogħti lilu mill-Ispeaker Tabone u ssottometta rapport dwar aġġornament tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati. |
| L-erba’ personalitajiet taw preżentazzjoni | verbali lill-Kumitat u kien hemm skambju ta’ mistoqsijiet u kummenti fuq kull preżentazzjoni. Fost id-diversi punti li tqanqlu f’din is-sessjoni kien hemm dawk li jirrigwardaw l-awtonomija tal-Parlament bħala istituzzjoni, reviżjoni tal-Ordnijiet Permanenti, riżorsi aħjar għall-Parlament u l-parlamentari, aktar komunikazzjoni dwar il-ħidma legiżlattiva tal-Parlament fl-istadji diversi tagħha, opportunitajiet aktar effettivi biex il-Membri Parlamentari jwettqu l-funzjoni legiżlattiva u dik ta’ skrutinju tal-ħidma u l-ispiża tal-Gvern, imġiba politika korretta, ċittadini informati aħjar, opportunità aħjar biex l-Oppożizzjoni tqanqal materji għal diskussjoni fil-Parlament, u ċentru ta’ dokumentazzjoni għal riċerka aħjar mill-Membri u l-uffiċjali tal-Parlament. |
Il-konsultazzjoni ser tkompli nhar is-Sibt, 18 ta’ Ottubru, bejn id-9.00 a.m. u 12.00 p.m. meta kull min wera interess li jipparteċipa ser ikun mistieden fil-Kamra tal-Kumitati tal-Parlament biex jieħu sehem f’laqgħa pubblika. Tagħrif dettaljat dwar il-ħidma tal-Kumitat Magħżul jista’ jinkiseb mis-sit elettroniku www.parliament.gov.mt. Kull min jixtieq jikkomunika mal-Kumitat jista’ jikteb lil Mr Speaker b’ittra jew b’email fuq selectcommittee@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979