Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-GVERN B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA TAD-DEPUTAT LABURISTA CARMELO ABELA, KELLIEM EWLIENI GĦALL-INDUSTRIJA U INVESTIMENTI BARRANIN

pr1436
Date Icon 07/10/2008
Il-kelliem ta-Oppożizzjoni qiegħed għaldarb’oħra jinjorja li dak li ġie preżentat quddiem l-MCESD huma proposti u l-Gvern hu miftuħ għal kull suġġeriment validu li jsir fir-realta’ ta’ dak li għaddejja minnu d-dinja, dik ta’ prezzijiet ogħla taż-żejt.
Jidher li l-Oppożizzjoni qed tibqa’ tinjoraċertu fatti bażiċi dwar il-prezzijiet attwali mħallsa mill-industrija għad-dawl u l-ilma:
a)    Illuml-industrija qed tħallas l-elettriku bi 8 ċenteżmi kull kw/h meta dan jiswa 18-il ċenteżmu biex jiġi ġenerat. Minn dan l-ammont 14.5 ċenteżmi huwa biss il-prezz taż-żejt;
b)    Lif’uhud mill-proposti, kull negozju li jikkonsma aktar minn 1,000,000 kw/h se jkollu jħallas biss cost price tal-ġenerazzjoni
c)    Lif’uhud mill-proposti, kull negozju li jikkonsma aktar minn 10,000,000 kw/h se jintalab iħallas biss l-ispiża marġinali tal-fuel, u b’hekk l-ispejjeż l-oħra tal-Enemalta ma jiġux mgħoddija lilu.
d)    Lil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea ma jippermettux li jkun hemm protezzjoni  fuq setturi partikolari ghad-detriment ta’ setturi jew kategoriji ohra;
Il-problema tal-prezzijiet taż-żejt qedtaffettwa lil numru ta’ pajjiżi madwarna, li kellhom jirreaġixxu għal din is-sitwazzjoni billi jgħollu t-tariffi tagħhom. Il-kompetittivita’ tagħna tiġi mkejla ma’ pajjiżi oħra li wkoll raw żieda fil-prezzijiet tal-produzzjoni u l-ġenerazzjoni tal-elettriku.
Fir-rigward tal-investiment, minkejja x-xejrietekonomiċi u finanzjarji internazzjonali li ma tantx jiffavorixxu l-investiment, pajjiżna għadu qed jattira numru ta’ kumpaniji li jagħżlu li jinvestu Malta, u xhieda ta’ dan huma r-rati pożittivi mogħtija mill-agenziji ta’ credit ratings.  Fl-aħħar jiem Malta kienet ikklassifikata fir-raba’ post fl-investiment barrani mill-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti, l-UNCTAD. B’hekk, għat-tielet sena konsekuttiva, Malta kompliet ittejjeb il-pożizzjoni tagħha fuq is-sena ta’ qabel.  B’riżultat ta’ aktar investiment ikompli jinħoloq aktar xogħol u impjiegi f’pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow