IL-BIDU TAT-TWETTIQ TA’ L-AKBAR INVESTIMENT BARRANI
pr1435
07/10/2008
| “L-approvazzjoni ta’ żewġ applikazzjonijiet ta’ | żvilupp mill-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar għall-proġett SmartCity hu ta’ sodisfazzjon għall-Maltin kollha għax qegħdin naraw il-bidu tat-twettiq ta’ dan l-akbar investiment barrani li rnexxielu jattira pajjiżna. Il-politika tal-Gvern irreġistrat suċċess importanti ieħor.” |
| Dan | intqal mill-Onor. Austin Gatt, il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni fl-ewwel reazzjonijiet tiegħu, li kompla jgħid li “dan joffri wkoll sfida lill-Gvern biex ikompli jinvesti u joħloq l-opportunitajiet ta’ tagħlim fis-settur ta’ l-ICT biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jieħdu l-opportunita’ u jaħdmu ma’ kumpaniji li llum huma fuq quddiem fid-dinja fis-settur ta’ l-ICT.” |
| Il-Ministru Austin Gatt irrimarka wkoll li | r-realizzazzjoni ta’ dan il-proġett b’investiment ta’ US$300 miljun qiegħed iseħħ fi żmien ta’ taqlib ekonomiku u finanzjarju dinji. Fejn l-ekonomija dinjija qed tikkonfronta nixfa ta’ investiment u telfien ta’ impjiegi, f’Malta qed jitħejja l-bini ta’ l-akbar investiment barrani b’eluf ta’ impjiegi ġodda. “SmartCity hu l-akbar investiment li bħala Gvern u poplu jqawwilna qalbna quddiem il-diffikultajiet internazzjonali li minkejja kollox, xorta tkompli tikber l-ekonomija u jiżdiedu l-impjiegi.” |
| Hu | fisser ukoll l-approvazzjoni ta’ dawn iż-żewġ permessi bħala tkomplija tal-ħidma konkreta tal-Gvern biex Malta ssir ċentru ta’ eċċellenza fl-ICT fir-reġjun Ewro-Mediterranju u biex titwettaq l-idea ta’ Malta bħala Smart Island. |
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni qal ukoll li bl-approvazzjoni tal-permessi mill-MEPA, l-iżvilupp se jissarraf f’bidla għall-aħjar fiż-żoni urbani ta’ l-inħawi waqt li se jissebbaħ l-ambjent għax minn żona industrijali mitluqa u mniġġża, se tinbena belt ġdida li se tkun tirrifletti ‘l fejn irid ikompli miexi l-pajjiż. |
| Iż-żewġ applikazzjonijiet approvati mill-MEPA | huma l-outline development permit tal-proġett kollu u l-permess għall-bini ta’ l-ewwel blokka ta’ uffiċini - SCM 01 - li se jibda jħaddem l-ewwel impjegati ta’ SmartCity fi żmien ftit xhur. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979