STQARRIJA LILL-KAMRA TAR-RAPREZENTANTI MILL-PRIM MINISTRU, DR LAWRENCE GONZI, DWAR IL-PATT EWROPEW TA’ IMMIGRAZZJONI U AZIL
It-Tnejn 6 ta’ Ottubru 2008
Sur President,
| Matul dawn l-aħħar snin pajjiżna sab ruħu | fin-nofs ta’ mewġa ta’ immigrazzjoni mix-xtut tal-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa. Dan il-fenomenu mhux qed jolqot lilna biss, iżda qed imiss ukoll pajjiżi oħra Ewropej. Madanakollu, pajjiżna għandu r-realtajiet tiegħu, kemm bħala pozizzjoni ġeografika kif ukoll bħala daqs u popolazzjoni, li jimmeritaw konsiderazzjoni partikolari. |
| Il-Gvern qajjem u kabbar l-għarfien dwar | is-sitwazzjoni tagħna ma’ pajjiżi u istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Irrid infakkar li s’issa, l-Unjoni Ewropea ma titrattax l-immigrazzjoni illegali bħala problema fuq livell tal-Unjoni, iżda kull pajjiż membru jitratta dan il-fenomenu għal rasu. Il-ħidma tal-Gvern Malti kienet krucjali fil-ħolqien ta’ strumenti ġodda maħsuba biex jindirizzaw dan il-fenomenu. Insemmi t-twaqqif tal-FRONTEX u l-ħolqien ta’ fondi separati fl-Unjoni Ewropea bħalma huma r-Refugee Fund u l-External Borders Fund. |
Pero` dan mhux biżżejjed.
| Hemm bżonn ta’ pjan sħiħ li jikkonsidra | mill-bidu sat-tmiem, it-truf kollha marbuta mal-immigrazzjoni illegali, mal-migrazzjoni legali, mal-proċess tal-ażil u diversi punti ohra. Fuq dan l-għarfien, il-Presidenza Franciza mexxiet ix-xogħol fuq dokument politiku komprensiv imsejjaħ Patt Ewropew għall-Immigrazzjoni u l-Ażil. |
| Fit-tħejjija għall-presidenza tal-Unjoni, Franza | ressqet l-ewwel abbozz ta’ Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil f’Mejju ta’ din is-sena. Mill-ewwel Malta innutat in-nuqqas ta’ żewġ elementi, li aħna qisnihom bħala kruċjali, jiġifieri: |
i. il-prinċipju li l-piż għandu jinqasam bejn kulħadd (burden sharing)
ii. il-possibilta’ li immigranti jiġu rilokati f’pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-messaġġ tagħna wassalnih mill-bidunett u ħdimna biex il-qagħda u l-ħtiġijiet tagħna ikunu magħrufa u indirizzati f’dan il-Patt. Dan għamilnih permezz ta’ laqgħat, korrispondenza u skambji oħra. Insemmi ftit minnhom:
i. il-laqgħa tieghi mal-Prim Ministru Franċiż Francois Fillon f’Mejju f’Kastilja;
ii. korrispondenza bejn d-Deputat Prim Ministru Tonio Borg Borg u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż Bernard Kouchner
iii. laqgħat bejn il-Ministru Carm Mifsud Bonnici u l-Ministru Franċiż responsabbli mill-Immigrazzjoni, Brice Hortefeux;
iv. skambji bejn ir-Rappreżentant Permanenti Malti Richard Cachia Caruana u r-Rappreżentant Permanenti Franċiż, Pierre Sellal.
| Il-ħidma tal-Gvern tat il-frott. Hawnhekk | nixtieq nirringrazzja lill-ministri li hadu sehem partikolarmenmt lil Ministru Mifsud Bonnici, lir-Rapprezenat Permanenti taghna u lill-ufficjali tal-Gvern kollha ghax-xoghol li wettqu. |
| Nigbed l-attenzjoni tal-Kamra ghal fatt li | l-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u Intern approva t-test finali ta’ dan il-Patt Ewropew ta’ Immigrazzjoni u Azil fil-laqgha li saret fil-25 ta’ Settembru li ghadda. Issa jonqos li dan id-dokument jitressaq għall-approvazzjoni tal-Kunsill Ewropew li ser jiltaqa’ l-ġimgħa d-dieħla fil-15 u s-16 ta’ Ottubru. |
| Qabel nitkellem dwar dak li jipprovdi dan | il-Patt għar-rigward taż-żewġ punti li l-Gvern Malti qajjem sa mill-bidunett u li issa huma inklużi fit-test finali, nixtieq nagħti lill-Kamra ħarsa ġenerali dwar il-punti ewlenin ta’ dan id-dokument. Dan il-Patt għandu ħames elementi ewlenin: |
1. L-imigrazzjoni legali għandha tiġi organizzata wara konsiderazzjoni tal-prijoritajiet, tal-bżonnijiet u r-reception capacities, determinati minn kull Stat Membru għalih innifsu fil-waqt li tkun inkoraggita l-integrazzjoni. Il-Patt jipproponi li f’dan il-qasam kull Stat Membru għandu jiffissa minn qabel il-kwoti u l-kundizzjonijiet għall-imigrazzjoni legali skond il-bżonnijiet tas-suq tax-xoghol tiegħu. L-imigrazzjoni ta’ ħaddiema b’ħiliet ta’ kwalità għolja (il-Blue Card Ewropea) u studenti hija inkoraggita bil-għan li fl-Ewropa jkun hemm iżjed immigranti b’ħiliet u snajja’ li jistgħu ukoll jinkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku, xi ħaġa li diġa’ qed issir fil-Kanada u l-Istati Uniti. Il-Patt jenfasizza wkoll l-importanza tal-integrazzjoni ta’ dawk il-persuni li jibqgħu jgħixu fil-pajjiż.
2. Assigurazzjoni li dawk l-barranin li jkunu f’pajjiż b’mod illegali jintbagħtu lura lejn il-pajjiz tal-origini tagħhom. Ir-Return Directive, li għadha kemm ġiet addottata, diġa’ tkopri dan il-qasam fil-parti l-kbira tiegħu. Madanakollu, il-Patt ikattar il-koperazzjoni bejn l-iStati Membru, li jistgħu jagħmlu użu minn titjiriet flimkien sabiex jirrimpatrijaw immigranti illegali, il-konklużjoni ta’ ftehim bilaterali ta’ ritorn bejn l-Unjoni Ewoprea u pajjiżi terzi, kif ukoll, koperazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni. Il-Pajjiżi Membri jimpenjaw ruħhom li jirregolariżżaw l-immigranti illegali biss f’każijiet partikolari għall-raġunijiet umanitarji jew ekonomiċi.
3. Kontroll aktar effettiv tal-fruntieri. Il-Patt jaħseb għat-tisħiħ tal-FRONTEX u sabiex possibilment jiġu mwaqqfa żewġ fergħat speċjaliżżati, fil-fruntieri tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Unjoni Ewropea, il-ħruġ ta’ viża biomettrika mill-2012, u t-tisħiħ tal-koperazzjoni mal-pajjiżi terzi sabiex jissaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri. Kull pajjjiż huwa responsabbli tal-fruntieri esterni tiegħu, iżda dawk il-pajjiżi l-aktar esposti “għandhom ikunu jistgħu iserrħu fuq is-solidarjeta` tal-Unjoni Ewropea”.
4. Il-ħolqien ta’ Ewropa ta’ kenn. Fil-waqt li sal-2012, il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea ser ikollhom garanziji komuni dwar kenn u status uniformi ta’ refuġjati, is-sena d-dieħla (2009) se jitwaqqaf Uffiċċju Ewropew ta’ Għajnuna għall-Ażil bir-rwol biex jiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-iStati Membri. Il-Patt jaħseb ukoll li jsaħħaħ il-koperazzjoni mal-UNHCR fir-relazzjoni ma’ pajjiżi terzi.
5. Il-ħolqien ta’ sħubija wiesgħa mal-pajjiżi ta’ oriġini u transitu biex ikun hemm sinerġija bejn l-immigrazzjoni u l-iżvilupp. L-Unjoni Ewropea se toffri lill-pajjiżi terzi opportunitajiet ta’ emigrazzjoni legali, għal xogħol u studju, skond kemm dawn iżidu fl-impenn tagħhom kontra l-immigrazzjoni illegali. Se jiġu addotati wkoll miżuri oħra biex jgħinu ċittadini ta’ pajjiżi terzi jerġgħu lura pajjiżihom, għall-benefiċċju tas-soċjetajiet tagħhom.
Kif għidt qabel, matul il-proċess ta’ preparazzjoni u formazzjoni ta’ dan il-Patt, pajjiżna nsista li jidħol fih mekkanizmu fejn il-piż ta’ din il-problema Ewropea tinqasam mal-membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan il-fatt gie rikonoxxut u fit-test li gie approvat fl-aħħar laqgħa tal-Ministri li saret fil-25 ta Settembru, ddaħlet emenda li permezz tagħha, għall-ewwel darba, insibu mekkaniżmu li permezz tiegħu l-pajjiżi membri jistgħu jirrilokaw persuni li jkunu ingħataw protezzjoni internazzjonali f’xi wieħed minn dawn il-pajjiżi li iżda jkun qiegħed jiffaċċja pressjonijiet partikolari.
Fill-fatt, paragrafu (c) ta’ Kapitolu 4 jaqra:
“Għal dawk l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw problema li qed tagħfas b’mod speċifiku u sproporzjonat fuq is-sistemi nazzjonali ta’ ażil tagħhom, partikolarment minħabba l-qagħda ġeografika jew demografika tagħhom, is-solidarjetà għandha tfittex ukoll li tippromwovi, fuq bażi volontarja u koordinata, riallokazzjoni aħjar ta’ benefiċjarji mill-protezzjoni internazzjonali minn dawn l-Istati Membri lejn oħrajn, fil-waqt li tiżgura li sistemi ta’ ażil ma jkunux abbużati. F’konformità ma’ dawn il-prinċipji, il-Kummissjoni, b’ konsultazzjoni mal-UNHCR meta jkun xieraq, għandha tiffaċilita din il-rilokazzjoni volontarja u kordinata. Għandu jkun hemm finanzjar speċifiku skond strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni Ewropea għal din ir-rilokazzjoni u skond il-proċeduri tal-budget.”
Sur President,
| Dan il-patt mhux sempliċi dikjarazzjoni: huwa | ferm u ferm iktar minn hekk. Dan huwa inkarigu, direzzjoni, l-ordni ta’ ħidma li fuqu l-Kummissjoni hija mistennija li taħdem fix-xhur li ġejjin. Il-Patt mhux dokument ta’ pajjiż wieħed jew ta’ grupp ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Huwa patt tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru. Unanimament, is- sebgħa u għoxrin Stat Membru għażlu li jagħtu l-kunsens sħiħ tagħhom sabiex il-kontenut tiegħu jitwettaq mill-Unjoni Ewropea. |
| Il-Patt, jittratta l-problema b’mod ħolisitiku, | jagħti direzzjoni lill-Unjoni Ewropea, iqieghed bażi soda biex fuqha jissawru soluzzjonijiet għal perjodu twil ta’ żmien, kif ukoll jipprovdi xi miżuri konkreti biex isolvi problemi preżenti li jsibu ma’ wiċċhom ċerti pajjiżi, inkluża Malta. |
| Il-Gvern dejjem sostna li f’din l-isfida li | għandna irridu nżommu dejjem f’moħħna id-dinjita` umana ta’ dawn il-persuni. Il-Gvern iqis li dan il-Patt Ewropew ser isaħħaħ l-isforzi tagħna sabiex min ħaqqu kenn jingħatalu fl-waqt li min ma ħaqqux ikun mibgħut lura. Dan kollu f’kuntest ta’ solidarjeta` bejn il-pajjiżi msieħba fi ħdan l-Unjoni Ewropea. |
| Għalhekk, il-Gvern iqis li, fl-interess veru u | fit-tul ta’ pajjiżna, il-ġimgħa d-dieħla għandu jappoġġja dan il-Patt |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979