Left arrow Mur Lura

TASAL FI TMIEMHA L-OPERAZZJONI TA’ INFURZAR F’BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ

pr1433
Date Icon 06/10/2008
Waslet fi tmiemha l-azzjonita’ infurzar f’Baħar iċ-Ċagħaq kontra l-okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika minn caravans u strutturi oħra mingħajr il-permessi tal-Kummissarju tal-Artijiet.
L-operazzjoni li kienetikkoordinata mid-Diviżjoni Propjeta’ tal-Gvern, flimkien mal-MEPA, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, l-Enemalta, il-Water Service Corporation, u membri tal-Korp tal-Pulizija, bdiet nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru, u baqet sejra sa kmieni dalgħodu.  Dan seħħ wara li sidien ta’ caravans u struttura illegali oħra f’Baħar iċ-Ċagħaq ġew servuti b’avviż ta’ 48 siegħa nhar it-Tnejn 29 ta’ Ottubru, biex jiżgumbraw il-post għax dawn ma kellhomx il-permessi tal-Kummissarju tal-Artijiet.  L-operazzjoni ta’ infurzar saret il-Ġimgħa jiġifieri jumejn wara li skada iż-żmien stipulat fl-ittra ta’ twissija.
Iż-żmien li ngħata b’avviż kienbiżżejjed biex bosta mill-caravans ittieħdu mill-post, mis-sidien stess.  Dawk il-caravans li kienu għadhom jingumbraw l-art pubblika sbieħ il-Ġimgħa, ittieħdu f’post apposta, fejn is-sidien tagħhom issa jkun jinħtieġilhom iħallsu għall-ispejjeż tal-azzjonijiet. Waqt din l-operazzjoni uħud mis-sidien tħallew jieħdu l-caravans tagħhom, mill-post.
Nhar is-Sibt 4 ta’ Ottubru,kompliet l-operazzjoni mill-istess dipartimenti hawnfuq imsemmija, li kienet iffukata fuq l-istrutturi fissi illegali.  Dawn kienu jvarjaw minn parapetti tal-ġebel u concrete, ħitan diviżorji, kmamar tal-ġebel, barbeques, tined u oħrajn.
L-operazzjoni baqet sejra tuljum il-Ħadd kollu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow