TASAL FI TMIEMHA L-OPERAZZJONI TA’ INFURZAR F’BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ
pr1433
06/10/2008
| Waslet fi tmiemha l-azzjoni | ta’ infurzar f’Baħar iċ-Ċagħaq kontra l-okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika minn caravans u strutturi oħra mingħajr il-permessi tal-Kummissarju tal-Artijiet. |
| L-operazzjoni li kienet | ikkoordinata mid-Diviżjoni Propjeta’ tal-Gvern, flimkien mal-MEPA, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, l-Enemalta, il-Water Service Corporation, u membri tal-Korp tal-Pulizija, bdiet nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ottubru, u baqet sejra sa kmieni dalgħodu. Dan seħħ wara li sidien ta’ caravans u struttura illegali oħra f’Baħar iċ-Ċagħaq ġew servuti b’avviż ta’ 48 siegħa nhar it-Tnejn 29 ta’ Ottubru, biex jiżgumbraw il-post għax dawn ma kellhomx il-permessi tal-Kummissarju tal-Artijiet. L-operazzjoni ta’ infurzar saret il-Ġimgħa jiġifieri jumejn wara li skada iż-żmien stipulat fl-ittra ta’ twissija. |
| Iż-żmien li ngħata b’avviż kien | biżżejjed biex bosta mill-caravans ittieħdu mill-post, mis-sidien stess. Dawk il-caravans li kienu għadhom jingumbraw l-art pubblika sbieħ il-Ġimgħa, ittieħdu f’post apposta, fejn is-sidien tagħhom issa jkun jinħtieġilhom iħallsu għall-ispejjeż tal-azzjonijiet. Waqt din l-operazzjoni uħud mis-sidien tħallew jieħdu l-caravans tagħhom, mill-post. |
| Nhar is-Sibt 4 ta’ Ottubru, | kompliet l-operazzjoni mill-istess dipartimenti hawnfuq imsemmija, li kienet iffukata fuq l-istrutturi fissi illegali. Dawn kienu jvarjaw minn parapetti tal-ġebel u concrete, ħitan diviżorji, kmamar tal-ġebel, barbeques, tined u oħrajn. |
| L-operazzjoni baqet sejra tul | jum il-Ħadd kollu. |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979