MESSAĠĠ MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TA’ L-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TA’ L-GĦALLIEMA
pr1428
05/10/2008
| Illum il-5 ta’ Ottubru hu l-Jum | Dinji ta’ l-Għalliema. Din is-sena dan il-Jum għandu sinjifikat u importanza aktar minn qatt qabel. Qatt daqs dan iż-żmien ma ġie nvestit perċentaġġ hekk għoli tal-ġid tal-pajjiż biex ikollna edukazzjoni tassew ta’ kwalità. Qatt daqs illum ma qed nifhmu li l-kwalità tal-ħajja li se jgħixu uliedna għada, fi prosperità u f’rispett ta’ l-ambjent u ma’ għajrhom, tiddependi mill-kwalità ta’ l-edukazzjoni li qed nagħtu llum. U l-pern ta’ dan huwa l-kwalità ta’ għalliema u tat-tagħlim fl-iskejjel tagħna. |
| Hawn | min jaħseb li bit-teknoloġija moderna l-għalliema se jsiru anqas importanti. Bil-maqlub. Il-qofol ta’ l-edukazzjoni tas-seklu wieħed u għoxrin mhix se tkun l-Informazzjoni, imma l-Formazzjoni. Matul dan is-seklu se naraw li l-enfasi mhux se tibqa’ fuq il-kontenut tal-lezzjonijiet. Dan għax illum il-kontenut, l-informazzjoni, taġġorna ruħha l-ħin kollu u saret għad-dispożizzjoni diretta ta’ min għandu bżonnha.Minflok l-enfasi se tmur dejjem iżjed fuq it-tagħlim u t-tħaddim tal-valuri, ta’ kif tintuża l-informazzjoni għall-maturazzjoni personali u għall-ġid komuni. Dan it-tip ta’ tagħlim profondament uman, irid isir bil-fors minn persuna lil oħra. Għalhekk l-importanza ewlenija ta’ għalliema professjonali, aġġornati, maturi u dedikati li jgħallmu mhux is-suġġett, imma lit-tfal partikolari li ġew fdati f’idejhom. |
| Biex | l-għalliema jwettqu din il-missjoni, għandhom bżonn jaħdmu fi struttura mgħammra sew biex iġġib u ssaħħaħ il-bidla. Is-sena skolastika li għadha kemm bdiet hi l-ewwel waħda li fiha l-għaxar Kulleġġi bdew taħt it-tmexxija tal-Prinċipali tagħhom, u dalwaqt jintgħażlu l-uffiċjali li se jgħinuhom. Għadhom kemm inħatru l-uffiċjali għolja kollha taż-żewġ Direttorati l-ġodda, dak tas-Servizzi Edukattivi u dak tal-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni. Din għalhekk se tkun sena importanti għall-edukazzjoni obbligatorja f’pajjiżna, għax nistgħu nibdew naraw kif nimplimentaw bis-sħiħ il-possibilitajiet kollha ta’ żvilupp u l-viżjoni wiesgħa li joffru l-emendi tal-2006 għal-Liġi tal-Edukazzjoni. |
| Diġà qed naraw kif id-Direttorati u l-Kulleġġi | qed jimtlew b’enerġija ġdida. Il-Kulleġġi qed jesploraw proposti edukattivi ġodda u maħsuba apposta għall-komunitajiet li jaqdu. Id-Direttorati qed iħarsu lejn prattiċi edukattivi li ilhom magħna s-snin u li forsi qed iżommuna lura milli nagħmlu l-qabża li jmiss fil-kwalità fl-edukazzjoni ta’ pajjiżna. |
| Ma nistax ma nsemmix hawnhekk il-pass li jmiss | fir-riforma dejjem tevolvi fl-edukazzjoni – ir-reviżjoni ta’ kif nassessjaw lil uliedna u kif naqsmuhom fi klassijiet. Qed nirreferi b’mod partikolari għall-eżami tal-Junior Lyceum u għall-‘istreaming’. Nafu minn riċerka estensiva – u mill-esperjenza tagħna ta’ kuljum bħala edukaturi u ġenituri – li dawn jagħmlu ħafna aktar ħsara milli ġid. Malta hi fost l-aħħar pajjiżi li għadha tuża nazzjonalment sistemi bħal dawn. Irridu nsibu mod kif bla skossi żejda s-sistemi ta’ assessjar u l-organizzazzjoni tal-klassijiet isiru aktar ġusti, validi, prattiċi u umani, biex kulħadd javvanza skond kemm jiflaħ u ħadd ma jibqa’ lura. |
U dan irridu nagħmluh permezz ta’ proċess estensiv ta’ djalogu nazzjonali mal-partijiet kollha. Djalogu li dejjem ikkaratterizza r-riformi edukattivi li niedew b’suċċess l-amministrazzjonijiet tal-passat. Djalogu li fih l-għalliema jridu jkun minn ta’ quddiem.
| Irrid ukoll insemmi l-iżvilupp mgħaġġel li qed | iseħħ fis-settur post-sekondarju u terzjarju. L-Università qed tkompli tibker biex tilqa’ aktar studenti u opportunitajiet ġodda. L-MCAST kull sena qed jilħaq rekords ġodda ta’ studenti. Fit-tnejn qed isiru investimenti kbar biex nilħqu l-mira tagħna li mill-inqas 85% taż-żgħażagħ tagħna jibqgħu jitgħallmu wara s-sekondarja, u biex jikbru sew ir-riċerka u l-innovazzjoni. Anke f’dawn il-bidliet, il-ħidma bi sħab ma’ l-edukaturi hi indispensabbli u fl-aħjar interess ta’ pajjiżna. |
| Nixtieq għalhekk minn qalbi nsellem u niżżi ħajr | lill-għalliema kollha ta’ pajjiżna, ta’ kull livell u ta’ kull settur, lil dawn il-professjonisti li fil-ħdima siekta ta’ kuljum qed isawru ġenerazzjoni ġdida u ġejjieni isbaħ għal pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979