Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JIPPUBBLIKA DOKUMENT TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IR-RIFORMA FIS-SERVIZZ TAT-TAXIS

pr1427B
Date Icon 05/10/2008
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni Austin Gatt dalgħodu nieda t-tieni dokument dwar ir-riforma fis-servizz tat-trasport pubbliku – dak li jirrigwarda s-servizz tat-taxis.
Il-Ministru Austin Gatt qal li b’danid-dokument, il-Gvern qiegħed jipproponi riforma li tinkludi l-liberalizzazzjoni tas-servizz tat-trasport pubbliku bit-taxis flimkien ma’ diversi inizjattivi oħra li jinkludu:
(1)ir-reviżjoni u l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-liġijiet u l-policies;
(2)inkoraġġiment biex il-ħidma differenti tat-taxis ikollhom il-branding tagħhom ħalli jkun hemm kompetizzjoni fil-kwalita;
(3)li jkun hemm reklamar;
(4)li l-cabs li jaħdmu bl-elettriku jkun jistgħu jintużaw f’postijiet oħra;
(5)it-taxis ikunu jistgħu joperaw bejn iż-żewġ gżejjer;
(6)jiġi stabbilit il-ħlas minimu imma jkunu permessi li jsiru skontijiet biex tidħol kompetizzjoni fil-prezz;
(7)l-ADT tikkoordina s-servizz tat-taxi b’konformita ma’ l-istrateġija sħiħa biex tkun inkorraġġita l-qabża li trid issir.
Il-Ministru Austin Gatt irrefera għal-laqgħat lisaru fl-aħħar ġimgħat ma’ l-Assoċjazzjoni tal-White Taxis. Hu semma kif fid-dokument li qiegħed jippubblika l-Gvern hemm inkluż ukoll reazzjonijiet li tat l-Assoċjazzjoni.
Il-Ministru Austin Gatt fisser ukoll li hemmil-bżonn tinbidel id-definizzjoni u l-kundizzjonijiet minimi ta’ taxi, li t-taxi meter irid jiġi moniterat b’sistemi teknoloġiċi, li jibda jkun hemm kuntatt bejn l-ADT u s-sewwieq tat-taxi kif ukoll aktar informazzjoni lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu anki biex iressaq ilment u li l-istess passiġġier ikollu aktar sigurta.
F’dan l-isfond, il-Ministru semma wkoll il-bżonnli jitfasslu kriterji aktar stretti li jiddeterminaw min jista’ jkun sid ta’ taxi, li jkun hemm aktar serjeta mis-sewwieqa tat-taxis, il-kodiċi ta’ kondotta jsiru parti mill-kontroll li jassiguraw kwalita fis-servizz, u għaldaqstant isiru parti mir-regolamentazzjoni.
Il-Ministru Austin Gatt irrefera wkollgħall-importanza li dan is-servizz ikun aċċessibbli għal kulħadd, u semma kif ir-riforma proposta taħseb biex anki persuni b’diżabilta jkollhom aċċess għal dan is-servizz u li jiżdiedu sew il-vened tat-taxis f’postijiet li m’humix turistiċi.
Il-Ministru Austin Gatt tkellem fid-dettal dwaril-bżonn ta’ riforma fis-servizz tat-taxis. Hu semma kif bħala poplu, il-Maltin u l-Għawdxin huma uniċi li ma jikkunsidrawx is-servizz tat-taxis bħala mezz ta’ trasport pubbliku minkejja l-konġestjoni tat-traffiku. Hu qal li d-dokument jirreferi għal dawk il-fatturi li wasslu għal dan fosthom li tat-taxis ma jikkunsidrawx lill-Malti bħala klijent, fama ħażina mal-Maltin, is-sistema tat-taxis ma tipproteġix lill-klijent, l-impressjoni hi li s-sewwieqa tat-taxis jaħdmu biss mill-vened u li għax ma teżistix kompetizzjoni, il-vjaġġ hu għoli meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra (ara tabella fil-preżentazzjoni annessa).
Id-dokument pubblikat mill-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jsemmi wkoll li l-kontroll fuq in-numru ta’ taxis inaqqas il-provvista tat-taxis fit-triq. Il-Ministru Austin Gatt qal li għall-popolazzjoni Maltija u għat-turisti li jiġu Malta, it-total ta’ 250 taxi (200 f’Malta u 50 f’Għawdex) m’huwiex biżżejjed, u stqarr li l-kontrolli fil-kwantita’ u r-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni wasslu biex inħoloq kartell.
Il-Ministru Austin Gatt temm billi qal lir-riforma fis-servizz tat-taxis hi parti minn strateġija wiesgħa f’dak li għandu x’jaqsam it-trasport pubbliku. Għaldaqstant stieden lil kulħadd biex jagħti l-fehmiet, il-proposti u r-reazzjonijiet għal dan id-dokument sa l-1 ta’ Novembru, 2008 lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni permezz tas-sit elettroniku mitc.gov.mt jew inkella fl-indirizz postali 168, Triq id-Dejqa, Valletta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow