IL-GVERN JIPPUBBLIKA DOKUMENT TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IR-RIFORMA FIS-SERVIZZ TAT-TAXIS
pr1427B
05/10/2008
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni Austin Gatt dalgħodu nieda t-tieni dokument dwar ir-riforma fis-servizz tat-trasport pubbliku – dak li jirrigwarda s-servizz tat-taxis. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li b’dan | id-dokument, il-Gvern qiegħed jipproponi riforma li tinkludi l-liberalizzazzjoni tas-servizz tat-trasport pubbliku bit-taxis flimkien ma’ diversi inizjattivi oħra li jinkludu: |
| (1) | ir-reviżjoni u l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-liġijiet u l-policies; |
| (2) | inkoraġġiment biex il-ħidma differenti tat-taxis ikollhom il-branding tagħhom ħalli jkun hemm kompetizzjoni fil-kwalita; |
| (3) | li jkun hemm reklamar; |
| (4) | li l-cabs li jaħdmu bl-elettriku jkun jistgħu jintużaw f’postijiet oħra; |
| (5) | it-taxis ikunu jistgħu joperaw bejn iż-żewġ gżejjer; |
| (6) | jiġi stabbilit il-ħlas minimu imma jkunu permessi li jsiru skontijiet biex tidħol kompetizzjoni fil-prezz; |
| (7) | l-ADT tikkoordina s-servizz tat-taxi b’konformita ma’ l-istrateġija sħiħa biex tkun inkorraġġita l-qabża li trid issir. |
| Il-Ministru Austin Gatt irrefera għal-laqgħat li | saru fl-aħħar ġimgħat ma’ l-Assoċjazzjoni tal-White Taxis. Hu semma kif fid-dokument li qiegħed jippubblika l-Gvern hemm inkluż ukoll reazzjonijiet li tat l-Assoċjazzjoni. |
| Il-Ministru Austin Gatt fisser ukoll li hemm | il-bżonn tinbidel id-definizzjoni u l-kundizzjonijiet minimi ta’ taxi, li t-taxi meter irid jiġi moniterat b’sistemi teknoloġiċi, li jibda jkun hemm kuntatt bejn l-ADT u s-sewwieq tat-taxi kif ukoll aktar informazzjoni lill-passiġġier dwar id-drittijiet tiegħu anki biex iressaq ilment u li l-istess passiġġier ikollu aktar sigurta. |
| F’dan l-isfond, il-Ministru semma wkoll il-bżonn | li jitfasslu kriterji aktar stretti li jiddeterminaw min jista’ jkun sid ta’ taxi, li jkun hemm aktar serjeta mis-sewwieqa tat-taxis, il-kodiċi ta’ kondotta jsiru parti mill-kontroll li jassiguraw kwalita fis-servizz, u għaldaqstant isiru parti mir-regolamentazzjoni. |
| Il-Ministru Austin Gatt irrefera wkoll | għall-importanza li dan is-servizz ikun aċċessibbli għal kulħadd, u semma kif ir-riforma proposta taħseb biex anki persuni b’diżabilta jkollhom aċċess għal dan is-servizz u li jiżdiedu sew il-vened tat-taxis f’postijiet li m’humix turistiċi. |
| Il-Ministru Austin Gatt tkellem fid-dettal dwar | il-bżonn ta’ riforma fis-servizz tat-taxis. Hu semma kif bħala poplu, il-Maltin u l-Għawdxin huma uniċi li ma jikkunsidrawx is-servizz tat-taxis bħala mezz ta’ trasport pubbliku minkejja l-konġestjoni tat-traffiku. Hu qal li d-dokument jirreferi għal dawk il-fatturi li wasslu għal dan fosthom li tat-taxis ma jikkunsidrawx lill-Malti bħala klijent, fama ħażina mal-Maltin, is-sistema tat-taxis ma tipproteġix lill-klijent, l-impressjoni hi li s-sewwieqa tat-taxis jaħdmu biss mill-vened u li għax ma teżistix kompetizzjoni, il-vjaġġ hu għoli meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra (ara tabella fil-preżentazzjoni annessa). |
| Id-dokument pubblikat mill-Ministeru | għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jsemmi wkoll li l-kontroll fuq in-numru ta’ taxis inaqqas il-provvista tat-taxis fit-triq. Il-Ministru Austin Gatt qal li għall-popolazzjoni Maltija u għat-turisti li jiġu Malta, it-total ta’ 250 taxi (200 f’Malta u 50 f’Għawdex) m’huwiex biżżejjed, u stqarr li l-kontrolli fil-kwantita’ u r-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni wasslu biex inħoloq kartell. |
| Il-Ministru Austin Gatt temm billi qal li | r-riforma fis-servizz tat-taxis hi parti minn strateġija wiesgħa f’dak li għandu x’jaqsam it-trasport pubbliku. Għaldaqstant stieden lil kulħadd biex jagħti l-fehmiet, il-proposti u r-reazzjonijiet għal dan id-dokument sa l-1 ta’ Novembru, 2008 lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni permezz tas-sit elettroniku mitc.gov.mt jew inkella fl-indirizz postali 168, Triq id-Dejqa, Valletta. |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979