IL-PROPOSTI GHAT-TARIFFI L-GODDA TAD-DAWL U L-ILMA
pr1427
05/10/2008
| Il-Ministeru ghall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni jirreferi ghal dak li qieghed jigi kkwotat jghid Tony Zarb, is-Segretarju Generali tal-GWU dwar il-proposti tat-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma. |
| Il-Gvern, permezz tal-Ministri Austin Gatt u | Tonio Fenech, nhar l-Erbgha stess fil-laqgha ta' l-MCESD tenna li l-proposti ghat-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma tressqu lill-imsiehba socjali u lill-korpi kostitwiti kollha bhala parti mill-process ta' konsultazzjoni. F'dik l-istess laqgha, iz-zewg Ministri prezenti ghamluha cara li ma kienet ittiehdet ebda decizjoni finali mill-Gvern dwar it-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma. |
| Tant hu hekk, li bi qbil mal-Gvern, fi tmiem | il-laqgha ta' l-MCESD, l-imsiehba socjali u l-korpi kostitwiti qablu li fit-18 ta' Ottubru li gej jergghu jiltaqghu u jipprezentaw lill-Gvern il-fehma taghhom dwar il-proposti mressqa jew proposti godda. Id-data tat-18 ta' Ottubru ironikament intalbet mill-GWU stess ghax f'dati ohra l-ufficcjali taghha qalu li se jkunu msefrin. Wiehed ma jistax jifhem kif f'mument il-GWU tikkonferma appuntament biex tkompli d-diskussjonijiet u jumejn wara tghid li d-decizjoni ttiehdet diga. |
| Ghaldaqstant l-istedina tal-Gvern lill-imsiehba | socjali u l-korpi kostitwiti kollha f'dan l-istadju hi li jkun ferm aktar ghaqli li l-membri kollha fl-MCESD juzaw dan iz-zmien biex janalizzaw il-proposti mressqa mill-Gvern u jaraw kif jistghu jtejjbuhom jew inkella johorgu bi proposti alternattivi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979