Left arrow Mur Lura

IFFIRMAT FTEHIM TA’ KOPERAZZJONI BEJN MALTA U L-BULGARIJA

pr1418
Date Icon 03/10/2008
Il-Gvern Malta ul-Gvern tal-Bulgarija ffirmaw ftehim ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-Pulizija. Il-ftehim, li kien ifformalizzat il-ġimgħa li għaddiet fi Brussell, ser ikompli jsaħħah il-koperazzjoni bejn il-Pulizija taż-żewġ pajjiżi fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali oħra li ż-żewg pajjiżi huma diġà parteċipi fihom.
Iż-żewġ pajjiżiftehmu, fost affarijiet oħra, li jikkollaboraw fl-oqsma tat-tiftix ta’ persuni mitlufa, l-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi u l-għoti ta’ assistenza teknika u xjentifika.
Il-Ministrugħall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici qal li dan huwa ftehim importanti ħafna għal pajjiżna u jsegwi oħrajn simili li ġew iffirmati fl-aħħar xhur ma’ pajjiżi oħrajn, fosthom il-Latvia. Ftehim li jimxu fuq l-istess linji ser ikunu ffirmati ma’ pajjiżi oħra fix-xhur li ġejjin.
“Dan il-ftehimmal-Bulgarija, jibni fuq il-koperazzjoni li diġà hemm bejn il-pajjiżi tagħna fil-qafas tal-Unjoni Ewropea. Bih qed nissudaw il-koperazzjoni fuq diversi fronti u nistgħu nkomplu nibnu fuqu fil-futur. Dan huwa għodda strumentali fil-ġlieda kontra l-kriminalità għaliex il-kriminalità m’għandhiex fruntieri,” qal il-Ministru Mifsud Bonnici.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow