AKTAR GĦAJNUNA GĦAL TITJIB FL-IPPROĊESSAR U L-PROMOZZJONI TA’ PRODOTTI AGRIKOLI
‛L-ewwel pjan għall-izvilupp rurali li għamel il-Gvern kien ta’ 33 miljun Ewro u kopra s-snin mill-2004 sal-2006. Mill-ewwel u t-tieni sejħa kien hemm savings. Dawn is-savings ammontaw għal €542,267. Biex dawn il-fondi mġemma’ ma jintilfux, il-Ministeru ħareġ it-tielet sejħa li minnha qed jibbenefikaw 6 benifiċjarji.’ Dan qalu l-Ministru George Pullicino dalgħodu waqt żjara fil-kumpanija Malta Dairy Products, liema kumpanija qiegħdha wkoll tibbenifika minn din it-tielet sejħa li saret għall-fondi mfaddla. L-MDP se jużaw il-fondi allokati għalihom sabiex jinxtara makkinarju biex jibda jinħareġ prodott ta’ yogurt ġdid fis-suq.
Il-benifiċjarji l-oħra jinkludu l-Magro Brothers, kumpanija li se tkun qed tipproduċi linja ġdida fl-ippakkeġġjar; Tender Fresh, li bil-makkinarju li se ġġib se żżid il-valur miżjud fuq il-laħam frisk lokali; Golden Extrats li se żżid makkinarju u aċċessorji biex jintużaw fil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuga; Ta’ Mena li bil-fondi allokati għaliha se tkompli ttejjeb il-kwalità tal-inbid; u Dura Farm li se tagħmel biċċerija tal-fniek mgħammra wkoll b’sistema ta’ cold storage. Din il-biċċerija approvata se żżid man-numru ta’ biċċeriji li qed jiġu żviluppati biex jiġi assigurat li l-konsumatur ikollu provista friska ta’ laħam tal-fenek. Is-servizz veterinarju huwa r-regolatur ta’ dan it-tip ta’ biċċeriji.
Dawn il-flus se jirrendu lis-settur agrikolu benefiċċju ta’ valur miżjud li jgawdi minnu l-proċessur, il-bidwi u r-raħħal u fuq kollox il-konsumatur li se jkollu prodott ta’ kwalità ogħla skond in-normi ta’ l-iġene u konformi ma’ standards Ewropej. L-iskop ta’ din il-miżura kien sabiex tiġi pprovduta għajnuna lill-investituri sabiex isir titjib fil-kwalità tal-prodotti, jiġu stabbiliti swieq ġodda, tgħin fit-titjib għall-bejjiegħa u l-proċessuri, jibbenifika l-bidwi, kif ukoll tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-produtturi u l-proċessuri.
Il-Ministru Pullicino ħabbar li t-tieni pjan għall-iżvilupp rurali li jkopri s-snin mill-2007 sal-2013, hemm allokati għalih madwar 100 Miljun Ewro.
“Meta tqis l-ammont ta’ fondi li ġibna, mqabbla ma’ ta’ qablu, jirriżulta li Malta irnexxiela takkwista 8% aktar imqabbla proporzjonalment mal-budget tal-2004-2006.” Temm jgħid il-Ministru Pullicino.
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979