Left arrow Mur Lura

Wirja dwar l-Istejjer ta’ Suċċess tal-proġetti ko-finanzjati mill-Programm ‘EQUAL’ għall-perjodu 2004/2006

pr1415
Date Icon 03/10/2008

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali qiegћed jorganizza wirja biex jinforma lill-pubbliku dwar is-suċċess tal-proġetti li kienu ko-finanzjati mill-Programm EQUAL ghall-perjodu 2004-2006.   

Il-programm EQUAL huwa ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u mill-Gvern Malti.  Il-Fond Soċjali Ewropew huwa l-aktar fond Strutturali li ilu mwaqqaf fl-Unjoni Ewropea.  Il-Programm EQUAL gћandu l-gћan li jiġġieled kull forma ta’ diskriminazzjoni u żvantaġġi fil-kamp tax-xogħol billi jiġu mplimentati miżuri biex jinħolqu metodi ġodda ta’ aċċess għax-xogħol u opportunitajiet ta’ taħriġ għal dawk il-persuni li huma soċjalment żvantaġġjati.        

EQUAL jgћin b’mod finanzjarju lil diversi kategoriji ta’ nies jintegraw fis-soċjeta’ billi jipprovdilhom opportunitajiet ta’ xogħol.  Dawn il-kategoriji jinkludu nisa li ma kienux qegћdin jaћdmu gћax kienu waqfu jaћdmu biex irabbu familja, nies bla dar, persuni b’diżabilita’, ex-priġunieri, żgћażagћ li gћadhom kif ћarġu minn istituti u immigranti.

 Għall-perjodu ta’ Finanzjament 2004-2006, taħt il-Programm EQUAL ġew allokati €1.65 miljun li minnhom 75% huma ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.  Dawn gew investiti f’ħames proġetti ta’ l-EQUAL u proġett ieħor ta’ Assistenza Teknika tal-Programm EQUAL. 

 Il-ћames proġetti kienu : 

EQUAL 3 – Encouraging entrepreneurship among the Unemployed in Malta

L-gћan prinċipali ta’ dan il-programm kien li aktar nies li bћalissa kienu qegћdin ifittxu xogћol jiġu mћarrġa u mћajjra jiftћu n-negozju tagћhom. Dawk magћżula biex jipparteċipaw kienu murija kif jistgћu jagћmlu dan u ngћataw diversi taћriġ. Dawk li pparteċipaw kellhom iċ-ċans li jieћdu gћajnuna finanzjarja minn dan il-fond ћalli jkunu jistgћu jiftћu in-negozju tagћhom.  Il-proġett kien implimentat mill-Malta Enterprise Corporation.

EQUAL 4 – Promoting EQUAL Opportunities through Empowerment

Il-Proġett “Promoting Equal Opportunities through Empowerment’ kellu x’jaqsam mal-bżonn li aktar nisa joћorġu jaћdmu. Dan il-proġett ipprovda gћarfien u t-taћriġ meћtieġ biex ikun hemm aktar bilanċ bejn ix-xogћol u l-familja, u b’hekk iћajjar aktar nisa lejn il-qasam tax-xogћol.  Il-Kummissjoni Nazzjonali gћall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (NCPE) implimentat dan il- proġett ta’ l-EQUAL.     

 EQUAL 5 – Headstart

Il-proġett HEADSTART ipprovda taħriġ f’ħiliet partikolari lil żgħażagħ li ħarġu minn xi istituzzjonijiet li joffru kura residenzjali.  Dan għen lil dawn iż-żgħażagħ iżidu l-opportunitajiet tagħhom ta’ xogћol.  Il-proġett kien jinkludi wkoll ‘work placements’ u ‘mentoring support’.  HEADSTART għen ukoll lil dawn iż-żgħażagħ isibu akkomodazzjoni affordabbli għalihom.  Dan il-proġett ġie implimentat mill-Awtorita’ tad-Djar.   

EQUAL 7 –  Integration of Asylum Seekers into Maltese Society

Fl-ewwel parti ta’ dan il-proġett, dawk li attendew ingћataw korsijiet fil-lingwa Ingliża, Life Skills, kif tikteb CV u tippreżenta ruħhek waqt intervista meta tkun qiegћed tfittex ix-xogћol.

 Fit-tieni parti tal-proġett dawk li attendew ingћataw taћriġ vokazzjonali ћalli jkunu jistgћu ifittxu xogћol.  Il-korsijiet li ngћataw kienu varji.  Il-Fondazzjoni ghas-Servizzi gћall-Ħarsien Soċjali (FSWS) implimentat dan il-proġett li kien responsabbli għall-integrazzjoni ta’ dawk il-persuni li ġew ifittxu kenn f’pajjiżna (asylum seekers).     

EQUAL 8 – Creating employment opportunities for socially disadvantaged groups through conduct of small recycling activities

Dan il-proġett ipprovda opportunitajiet ta’ taħriġ fuq metodi ta’ riciklaġġ lil persuni żvantaġġjati fis-soċjeta’ bħal nies bla dar, ex-priġunieri u persuni bi problemi mentali.  Il-WasteServ Malta Limited kienet responsabbli minn dan il- proġett. 

Permezz tal-Programm EQUAL, aktar minn 400 persuna rċevew aktar minn 95,000 siegћa ta’ taћriġ f’korsijiet differenti. Kważi 270 persuna ingћataw ċertifikat gћax temmew il-kors b’suċċess. Aktar minn 128 post tax-xogћol ġew krejati jew imsaћћa.  

Il-pubbliku huwa mistieden biex iżur din il-wirja li ser isir fil-Ministeru gћall-Politika Soċjali, Palazzo Ferreria, Triq ir-Republika, l-Belt Valletta.  Il-wirja se tkun miftuћa s-Sibt 4 ta’ Ottubru waqt l-attivitajiet tan-Notte Bianca.   Il-wirja ser tkun miftuħa ukoll mit-Tnejn 6 ta’ Ottubru sal-Ġimgћa 10 ta’ Ottubru bejn it-tmienja ta’ filgћodu u l-ћamsa ta’ wara nofsinhar.   Id-dћul huwa b’xejn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow