Wirja dwar l-Istejjer ta’ Suċċess tal-proġetti ko-finanzjati mill-Programm ‘EQUAL’ għall-perjodu 2004/2006
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali qiegћed jorganizza wirja biex jinforma lill-pubbliku dwar is-suċċess tal-proġetti li kienu ko-finanzjati mill-Programm EQUAL ghall-perjodu 2004-2006.
Il-programm EQUAL huwa ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u mill-Gvern Malti. Il-Fond Soċjali Ewropew huwa l-aktar fond Strutturali li ilu mwaqqaf fl-Unjoni Ewropea. Il-Programm EQUAL gћandu l-gћan li jiġġieled kull forma ta’ diskriminazzjoni u żvantaġġi fil-kamp tax-xogħol billi jiġu mplimentati miżuri biex jinħolqu metodi ġodda ta’ aċċess għax-xogħol u opportunitajiet ta’ taħriġ għal dawk il-persuni li huma soċjalment żvantaġġjati.
EQUAL jgћin b’mod finanzjarju lil diversi kategoriji ta’ nies jintegraw fis-soċjeta’ billi jipprovdilhom opportunitajiet ta’ xogħol. Dawn il-kategoriji jinkludu nisa li ma kienux qegћdin jaћdmu gћax kienu waqfu jaћdmu biex irabbu familja, nies bla dar, persuni b’diżabilita’, ex-priġunieri, żgћażagћ li gћadhom kif ћarġu minn istituti u immigranti.
Għall-perjodu ta’ Finanzjament 2004-2006, taħt il-Programm EQUAL ġew allokati €1.65 miljun li minnhom 75% huma ko-finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Dawn gew investiti f’ħames proġetti ta’ l-EQUAL u proġett ieħor ta’ Assistenza Teknika tal-Programm EQUAL.
Il-ћames proġetti kienu :
EQUAL 3 – Encouraging entrepreneurship among the Unemployed in Malta
L-gћan prinċipali ta’ dan il-programm kien li aktar nies li bћalissa kienu qegћdin ifittxu xogћol jiġu mћarrġa u mћajjra jiftћu n-negozju tagћhom. Dawk magћżula biex jipparteċipaw kienu murija kif jistgћu jagћmlu dan u ngћataw diversi taћriġ. Dawk li pparteċipaw kellhom iċ-ċans li jieћdu gћajnuna finanzjarja minn dan il-fond ћalli jkunu jistgћu jiftћu in-negozju tagћhom. Il-proġett kien implimentat mill-Malta Enterprise Corporation.
EQUAL 4 – Promoting EQUAL Opportunities through Empowerment
Il-Proġett “Promoting Equal Opportunities through Empowerment’ kellu x’jaqsam mal-bżonn li aktar nisa joћorġu jaћdmu. Dan il-proġett ipprovda gћarfien u t-taћriġ meћtieġ biex ikun hemm aktar bilanċ bejn ix-xogћol u l-familja, u b’hekk iћajjar aktar nisa lejn il-qasam tax-xogћol. Il-Kummissjoni Nazzjonali gћall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza (NCPE) implimentat dan il- proġett ta’ l-EQUAL.
EQUAL 5 – Headstart
Il-proġett HEADSTART ipprovda taħriġ f’ħiliet partikolari lil żgħażagħ li ħarġu minn xi istituzzjonijiet li joffru kura residenzjali. Dan għen lil dawn iż-żgħażagħ iżidu l-opportunitajiet tagħhom ta’ xogћol. Il-proġett kien jinkludi wkoll ‘work placements’ u ‘mentoring support’. HEADSTART għen ukoll lil dawn iż-żgħażagħ isibu akkomodazzjoni affordabbli għalihom. Dan il-proġett ġie implimentat mill-Awtorita’ tad-Djar.
EQUAL 7 – Integration of Asylum Seekers into Maltese Society
Fl-ewwel parti ta’ dan il-proġett, dawk li attendew ingћataw korsijiet fil-lingwa Ingliża, Life Skills, kif tikteb CV u tippreżenta ruħhek waqt intervista meta tkun qiegћed tfittex ix-xogћol.
Fit-tieni parti tal-proġett dawk li attendew ingћataw taћriġ vokazzjonali ћalli jkunu jistgћu ifittxu xogћol. Il-korsijiet li ngћataw kienu varji. Il-Fondazzjoni ghas-Servizzi gћall-Ħarsien Soċjali (FSWS) implimentat dan il-proġett li kien responsabbli għall-integrazzjoni ta’ dawk il-persuni li ġew ifittxu kenn f’pajjiżna (asylum seekers).
EQUAL 8 – Creating employment opportunities for socially disadvantaged groups through conduct of small recycling activities
Dan il-proġett ipprovda opportunitajiet ta’ taħriġ fuq metodi ta’ riciklaġġ lil persuni żvantaġġjati fis-soċjeta’ bħal nies bla dar, ex-priġunieri u persuni bi problemi mentali. Il-WasteServ Malta Limited kienet responsabbli minn dan il- proġett.
Permezz tal-Programm EQUAL, aktar minn 400 persuna rċevew aktar minn 95,000 siegћa ta’ taћriġ f’korsijiet differenti. Kważi 270 persuna ingћataw ċertifikat gћax temmew il-kors b’suċċess. Aktar minn 128 post tax-xogћol ġew krejati jew imsaћћa.
Il-pubbliku huwa mistieden biex iżur din il-wirja li ser isir fil-Ministeru gћall-Politika Soċjali, Palazzo Ferreria, Triq ir-Republika, l-Belt Valletta. Il-wirja se tkun miftuћa s-Sibt 4 ta’ Ottubru waqt l-attivitajiet tan-Notte Bianca. Il-wirja ser tkun miftuħa ukoll mit-Tnejn 6 ta’ Ottubru sal-Ġimgћa 10 ta’ Ottubru bejn it-tmienja ta’ filgћodu u l-ћamsa ta’ wara nofsinhar. Id-dћul huwa b’xejn.
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979