OPEN WEEKEND FIL-PALAZZ VERDALA – IS-SIBT 18 U L-ĦADD, 19 TA’ OTTUBRU
pr1413
03/10/2008
| Il-President u s-Sinjura Fenech Adami jistiednu | lill-pubbliku jżur il-Palazz Verdala fil-Buskett nhar is-Sibt, 18 ta’ Ottubru minn nofsinhar sas-6.00 ta’ filgħaxija u nhar il-Ħadd, 19 ta’ Ottubru 2008 mid-9.00 ta’ filgħodu sas-6.00 ta’ filgħaxija. |
| Is-suċċess ta’ l-Open Day, li fiha l-pubbliku | s-sena l-oħra żar il-Palazz ta’ San Anton bl-eluf ta’ kbar u żgħar li gawdew wirt patrimonju Malti ikkurat u miżmum bl-aħjar mod possibbli, wassal biex din is-sena tkun organizzata Open Weekend b’ħin itwal fil-Palazz Verdala. |
| Din | se tkun l-ewwel opportunita’għall-pubbliku biex jara l-pittura attribwita lill-pittur famuż Paladini fis-Sala Prinċipali tal-Palazz. Dan hu possibbli għax tlesta proġett ta’ restawr li fih erba’ kumpaniji Maltin, (Gasan Group, Malta Financial Services, Polidano Brothers u Tumas Group) fuq l-inizjattiva tal-President Eddie Fenech Adami offrew 187,000 ewro biex mhux biss tinkixef pittura li kienet tgħattit kollha bit-tibjid madwar tmenin sena ilu, iżda wkoll li tkun ikkonservata. Min iżur il-Palazz se jkun jista’ jara wkoll is-sala ta’ fuq u kmamar oħra minbarra l-masġar li jdawwar il-Palazz. |
| Numru ta’ artisti lokali se jkunu | qed ippittru angoli tal-Palazz u l-madwar. Xogħolhom, flimkien ma` oħrajn li pittru ġranet ilu b’diversi xeni tal-Palazz, se jkunu għall-bejgħ waqt iż-żjara. L-artisti offrew kwart tal-prezz tal-pitturi għall-Malta Community Chest Fund. |
Dawk interessati li jixtru wħud mill-pittura li ġa tlestiet mill-artisti jistgħu jarawha fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni www.doi.gov.mt Dawn il-pitturi u oħrajn li ser jitpinġew waqt l-Open Weekend, ser ikunu kollha għall-bejgħ taħt tinda ma’ ġenb il-Palazz
| L-adulti li jżuru l-Palazz se jintalbu għotja ta’ | 4 ewro b’risq il-Malta Community Chest Fund, il-fond li jgħin lil min ikollu bżonnijiet bażiċi fil-ħajja ta’ kuljum, persuni li jakkumpanjaw pazjenti għall-kura medika speċjali barra minn Malta u pazjenti li jkollhom bżonn jixtru mediċini li jqumu mijjiet ta’ Ewro. Tfal li jkunu akkumpanjati minn adult jidħlu bla ħlas. |
| Se jkun hemm dħul separat għal min jagħti | d-donazzjoni ta’ 4 ewro minn qabel billi jasal wasla sa l-Uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta, minn nhar it-Tnejn 6 ta’ Ottubru. B’hekk meta jasal biex iżur il-Palazz Verdala s-Sibt jew il-Ħadd, dak li jkun jista’ jiffranka l-ħin. Iktar tagħrif jista’ jinkiseb fuq in-numru tat-telefon 99493110. |
| Storja tal-Palazz | Verdala |
| Fil-post fejn illum insibu l-Palazz Verdala kien | hemm dwejra mibnija bejn l-1557 u l-1568 mill-Gran Mastru Jean de Valette. Kien jużha meta kien imur għall-kaċċa. |
| Il-Palazz li nsibu llum inbena | mill-Gran Mastru Hughes Loubenx de Verdalle fl-1586. Il-Gran Mastru Jean de Lascaris-Castellar (1636-1657) u aktar tard il-Gran Mastru Manoel de Vilhena (1722-1736) ikkontribixxew għat-tisbiħ ta’ dan il-Palazz. |
| Wara li l-Ordni tkeċċa minn Malta | u l-pajjiż inħakem mill-Franċiżi għall-madwar sentejn, il-Palazz Verdala ntuża bħala ħabs militari għas-suldati ta’ Napuljun li kienu ċedew għat-truppi Maltin u Ingliżi. |
| Fi żmien l-Ingliżi il-Palazz | Verdala serva bħala r-residenza tal-Gvernaturi. |
| Il-Palazz Verdala issa qed | jintuża mill-President bħala residenza fil-kampanja. |
| Aktar dettalji dwar il-Palazz jingħataw bla ħlas | fuq fuljett, flimkien ma’ informazzjoni bażika fuq ir-rotta taż-żjara qabel id-dħul tal-viżitaturi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979