Left arrow Go Back

OPEN WEEKEND FIL-PALAZZ VERDALA – IS-SIBT 18 U L-ĦADD, 19 TA’ OTTUBRU

pr1413
Date Icon 03/10/2008
Il-President u s-Sinjura Fenech Adami jistiednulill-pubbliku jżur il-Palazz Verdala fil-Buskett nhar is-Sibt, 18 ta’ Ottubru minn nofsinhar sas-6.00 ta’ filgħaxija u nhar il-Ħadd, 19 ta’ Ottubru 2008 mid-9.00 ta’ filgħodu sas-6.00 ta’ filgħaxija.
Is-suċċess ta’ l-Open Day, li fiha l-pubblikus-sena l-oħra żar il-Palazz ta’ San Anton bl-eluf ta’ kbar u żgħar li gawdew wirt patrimonju Malti ikkurat u miżmum bl-aħjar mod possibbli, wassal biex din is-sena tkun organizzata Open Weekend b’ħin itwal fil-Palazz Verdala.
Dinse tkun l-ewwel opportunita’għall-pubbliku biex jara l-pittura attribwita lill-pittur famuż Paladini fis-Sala Prinċipali tal-Palazz.  Dan hu possibbli għax tlesta proġett ta’ restawr li fih erba’ kumpaniji Maltin, (Gasan Group, Malta Financial Services, Polidano Brothers u Tumas Group) fuq l-inizjattiva tal-President Eddie Fenech Adami offrew 187,000 ewro biex mhux biss tinkixef pittura li kienet tgħattit kollha bit-tibjid madwar tmenin sena ilu, iżda wkoll li tkun ikkonservata.  Min iżur il-Palazz se jkun jista’ jara wkoll is-sala ta’ fuq u kmamar oħra minbarra l-masġar li jdawwar il-Palazz.
Numru ta’ artisti lokali se jkunuqed ippittru angoli tal-Palazz u l-madwar. Xogħolhom, flimkien ma` oħrajn li pittru ġranet ilu b’diversi xeni tal-Palazz, se jkunu għall-bejgħ waqt iż-żjara.  L-artisti offrew kwart tal-prezz tal-pitturi għall-Malta Community Chest Fund.

Dawk interessati li jixtru wħud mill-pittura li ġa tlestiet mill-artisti jistgħu jarawha fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni www.doi.gov.mt Dawn il-pitturi u oħrajn li ser jitpinġew waqt l-Open Weekend, ser ikunu kollha għall-bejgħ taħt tinda ma’ ġenb il-Palazz

L-adulti li jżuru l-Palazz se jintalbu għotja ta’4 ewro b’risq il-Malta Community Chest Fund, il-fond li jgħin lil min ikollu bżonnijiet bażiċi fil-ħajja ta’ kuljum, persuni li jakkumpanjaw pazjenti għall-kura medika speċjali barra minn Malta u pazjenti li jkollhom bżonn jixtru mediċini li jqumu mijjiet ta’ Ewro. Tfal li jkunu akkumpanjati minn adult jidħlu bla ħlas.
Se jkun hemm dħul separat għal min jagħtid-donazzjoni ta’ 4 ewro minn qabel billi jasal wasla sa l-Uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund  fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta, minn nhar it-Tnejn 6 ta’ Ottubru.  B’hekk meta jasal biex iżur il-Palazz Verdala s-Sibt jew il-Ħadd, dak li jkun jista’ jiffranka l-ħin.  Iktar tagħrif jista’ jinkiseb fuq in-numru tat-telefon  99493110.
Storja tal-PalazzVerdala
Fil-post fejn illum insibu l-Palazz Verdala kienhemm dwejra mibnija bejn l-1557 u l-1568 mill-Gran Mastru Jean de Valette. Kien jużha meta kien imur għall-kaċċa.
Il-Palazz li nsibu llum inbenamill-Gran Mastru Hughes Loubenx de Verdalle fl-1586. Il-Gran Mastru Jean de Lascaris-Castellar (1636-1657) u aktar tard il-Gran Mastru Manoel de Vilhena (1722-1736)  ikkontribixxew għat-tisbiħ ta’ dan il-Palazz.
Wara li l-Ordni tkeċċa minn Maltau l-pajjiż inħakem mill-Franċiżi għall-madwar sentejn, il-Palazz Verdala ntuża bħala ħabs militari għas-suldati ta’ Napuljun li kienu ċedew għat-truppi Maltin u Ingliżi.
Fi żmien l-Ingliżi  il-PalazzVerdala serva bħala r-residenza tal-Gvernaturi.
Il-Palazz Verdala issa qedjintuża mill-President bħala residenza fil-kampanja.
Aktar dettalji dwar il-Palazz jingħataw bla ħlasfuq fuljett, flimkien ma’ informazzjoni bażika fuq ir-rotta taż-żjara qabel id-dħul tal-viżitaturi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow