Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Onor. Mario Galea, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-sena Akkademika fl-Universita’ tat-Tielet Eta’ – FLORIana -  3 ta’ Ottubru 2008

pr1412
Date Icon 03/10/2008
Fil-kamp Internazzjonali Malta kienet l-ewwelpajjiż li poġġiet il-fenomenu tal-anzjanita’ quddiem id-dinja. Dan sar f’Ottubru fl-1968, preciżament 40 sena ilu meta Malta ressqet quddiem il-Ġnus Magħquda l-proposta biex l-anzjanita’ tibda tiġi meqjusa bħala fenomenu globali.
Fil-fatt Malta kellha sehem importanti fl-ewwelassemblea mondjali dwar l-anzjanita’ li saret fi Vjenna f’Lulju 1982 meta pajjiżna ppresieda din l-assemblea. Imbagħad fl-1986 fl-Universita’ ta’ Malta twaqqaf l-Istitut tal-Ġerentologija biex iħarreġ fil-qasam akkademiku numru ta’ professjonisti li qegħdin jaħdmu fost l-Anzjani.
Fl-1988 b’riżultat ta’ ftehim bejn il-GvernMalti u l-Ġnus Magħquda twaqqaf f’Malta l-uniku Istitut Internazzjonali tal-Ġnus Magħquda dwar l-anzjani. Mill-korsijiet tal-Ġerentoloġija li saru minn dan l-Istitut kemm f’Malta u anke f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja, bbenefikaw aktar minn 2,000 ruħ minn madwar 45 pajjiż.
Wara li fl-1987 twaqqaf is-SegretarjatParlamentari għall-Anzjani kien hemm enfasi qawwija fuq kif l-Anzjani jistgħu jibqgħu  jgħixu fil-komunita’ fejn ikunu għexu għal ħafna żmien. Li tidħol f’residenza għall-anzjani għandha tkun verament l-aħħar alternattiva.
Għalhekk inħolqot firxa wiesgħa ta’ servizzifil-komunita’ bl-għan mhux biss li jgħinu lill-Anzjani iżda ukoll li jgħinu lill-familji tagħhom biex ikomplu jieħdu ħsieb l-għeżież tagħhom. Meta l-Anzjani ma jkunux jista’ jibqgħu jgħixu fil-komunita’, s-soċjeta’ Maltija qed tagħmel dak kollu li tista’ biex itejjeb il-ħajja tal-anzjani li jidħlu f’xi Dar tal-Anzjani fil-komunita’.
Ta’min ifakkar li tul is-snin saret bidla mill-qiegħ fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Illum dan il-post hu rinovat. Hawn wieħed ma jistax ma jsemmix il-kontribut immens tal-knisja f’Malta u kif ukoll il-privat fil-qasam tal-anzjani.
Tamin isemmi li bħalissa fil-qasam tal-anzjani hemm total ta’ 3,663 sodda imqassmin bejn gvern, privat u knisja. Dawn jinkludu wkoll il-kumpless ta’San Vinċenz. Dan ifisser li min total ta’ 3663 sodda il-gvern għandu ftit inqas min 2000 sodda, filwaqt li 738 huma tal-Knisja u 960 tal-privat.
Fl-1994 twaqqaf il-Kunsilltal-anzjani bl-għan li dan jagħti pariri lill-gvern fil-qasam ta’ l-Anzjani. Deċiżjoni oħra mportanti ttieħdet fl-1993 meta twaqqfet għall-ewwel darba l-Universita’ tat-Tielet Eta’. L-Universita’ tat-Tielet Eta’ hija ezempju ħaj ta’ servizz mill-Anzjani għall-Anzjani. Ta’ kull sena madwar 650 anzjan/anzjana qed jibbenefikaw mill-korsijiet li jsiru għalihom. Sal-lum kważi 10,000 anzjan/anzjana attendew l-Universita’ tat-Tielet Eta’.
Hawn ta’ min jinnota li qedjikber l-interess fost l-anzjani tagħna biex ikomplu jitgħallmu.  Naħseb anki dan huwa fenomenu ġdid li qed jikber f’dan l-aħħar snin. Insemmi n-numru kbir ta’ korsijiet li jiġu offruti mill-kunsilli lokali (Courses tal-computer u tant oħrajn) li għalihom jattendu għadd ta’ anzjani. Insemmi wkoll il-korsijiet li jsiru fid-day centers tal-Anzjani li għalihom ukoll jattendu għadd ta’ anzjani.  Il-filosfija li t-tagħlim hu għal ħajtek kollha hija filosofija tajba kemm għalina individwalment kif wkoll għal pajjiżna w irridu nkomplu ninkoraġġuha.

Aħna qegħdin ngħixu aktar. In-numru ta’ anzjani qiegħed dejjem jiżdied. Insemmu biss li fis-sena 2015 hu mistenni li jkun hawn 77,000 persuna li għandhom il-fuq minn 65 sena. Fis-sena 2050 dan in-numru se jitla’ għall-aktar min 100,000.

Insostni li anki hawn għandna bżonn attitudnidifferenti ta’ kif inħarsu lejn l-anzjani. Għal pajjiz zgħir bħal tagħna l-aqwa riżors li għandna hu r-riżors uman. Għalhekk irridu nħarsu lejn l-anzjani bħala riżorsa importanti ħafna. L-anzjani huma minjiera ta’ esperjenza u ħafna minnhom huma esperti fil-qasam li jifhmu fih. L-anzjani għandhom valur fl-attivita’ ekonomika ta’ pajjizna. Kien proprju għalhekk li fl-aħħar budget il-gvern introduċa miżura fejn l-anzjani li jagħzlu li jibqgħu jaħdmu wara l-eta’ tal-irtirar jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma jitilfu l-pensjoni. Grazzi għal din il-miżura  n-numru ta’ anzjani jaħdmu fuq bażi full time jew part time fil-fatt żdied b’1000 meta komparat mas-sena l-oħra.
Kifgħedt fil-messaġġ tiegħi għal Jum Dinji ddedikat lil anzjani irrid nieqaf biex nirringrazzja lil Anzjani kollha. Nirringrazzjahom l-ewwel u qabel kollox għax fejn hemm għaqda jew organizazzjoni volontarja se ssib l-anzjani. Żgur mhux forsi. Intom l-anzjani r-ruħ ta’ pajjiżna għax żammejtu ħajja l-valuri tradizzjonali tagħna, fost l-oħrajn il-valuri tas-solidarjeta’, dak li tgħin lil ħaddieħor. Li tagħti mingħajr ma tistenna xejn lura.
Grazzi ta’ dak li għamiltu il-bieraħ u l-bieraħlura biex pajjiżna llum hu dak li hu. Grazzi għal ħafna li għadkom qed tagħmlu. Grazzi talli llum qegħdin hawn l-Universita’ tat-Tielet Eta’ biex għada tkunu ippreparati aħjar. Komplu tgħallmu. Għad għandna bżonnkom. Ħafna wkoll.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow