Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAZAGĦ U SPORT FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAS-SENA AKKADEMIKA TAL-UNIVERSITÀ TAT-TIELET ETÀ – FLORIANA – 3 TA’ OTTUBRU 2008

pr1411
Date Icon 03/10/2008

Bonġu lil kulħadd.

Nieħu gost nara dan l-entużjazmu kollu fikomfil-ftuħ ta’ din is-sena Akkademika tal-Università tat-Tielet Età.  L-istess entużjazmu li rajt meta ftit jiem ilu mort għall-ftuħ tas-sena addademika fl-Università tagħna u li rajt lejn tmiem ix-xahar li għadda meta żort skola sekondarja u oħra primarja fl-ewwel ġurnata tagħhom.
Iżdahemm differenza kbira bejn iż-żewġ okkażjonijiet li semmejt u din tal-lum.  Kemm fl-iskejjel primarji u sekondarji kif ukoll fl-Università rajt tfal u studenti li kienu għadhom se jibdew l-ewwel passi f’xi fażi tal-ħajja edukattiva tagħhom.  Illum qed niltaqgħu magħkom, li dħaltu fit-Tielet Età u li diġà għaddejtu minn dawn il-fażijiet.  Anzi nżid ngħid li intom għaddejtu diġà mill-Università tal-Ħajja u la qegħdin hawn dalgħodu jfisser li sirtu fost l-aqwa ċittadini ta’ dan il-pajjiż sabiħ tagħna.
Il-preżenza tagħkom hawn hi xhieda li intomikkonvinċejtu ruħkom kemm hu utli it-tagħlim tul il-ħajja li llum tant qed nisħqu dwaru.  Għaraftu li tafu kemm tafu, dejjem jibqa’ lok li ssiru tafu aktar u ħtaftu l-opportunità biex tkomplu tkabbru l-għerf tagħkom f’din l-istituzzjoni.
Fostkom qed nara nies ta’ professjonijiet uħiliet differenti.  Nies li qdejtu lill-pajjiż fis-snin li għaddew, kulħadd skond il-kapaċitajiet tiegħu u s-sejħa tiegħu.  Bejnietkom għandkom minjiera kbira ta’ għerf u tagħrif u qed tfittxu li tkomplu tkabbru din il-minjiera.  Dan hu l-kobor li għandu l-pajjiż.
Aħnama għandniex riżorsi naturali.  Ma għandniex żejt, faħam, deheb u saħansitra anqas għandna ilma għax irridu nipproduċuh bi spiża kbira.   Iżda għandna riżorsi umani kapaċi li fihom jinħtieġ li nkomplu ninvestu. Ninvestu fir-riżorsi umani tagħna biex nassiguraw li dawn ikollhom l-aħjar edukazzjoni biex inkunu ċerti li ħadd ma jibqa’ lura u nirnexxu lkoll.
Pajjiżna għaraf li l-investiment fl-edukazzjonigħandu jinfirex biex jilħaq lil kulħadd irrispettivament mis-sess u l-età.  Għalhekk wara li assigurajna li n-nisa jingħataw l-istess opportunitajiet daqs l-irġiel anke fil-qasam edukattiv, tant li llum jekk wieħed iħares lejn l-Università tagħna jsib li hemm aktar tfajliet milli ġuvintur jieħdu l-edukazzjoni terzjarja tagħhom, komplejna niftħu opportuniet ta’ tagħlim anke għall-adulti u l-anzjani.
Biextmexxi istitutzzjoni bħal din li tilqa’ fiha mijiet ta’ persuni li huma għatxana li jkomplu jitgħallmu u biex tassikura tagħlim ta’ livell għoli kif jingħata mill-Università tat-Tielet Età, trid investiment mhux żgħir.  Il-pajjiż daħal għal dan l-investiment għax jemmen li anke l-anzjani għandhom potenzjal qawwi li bih jistgħu jgħinu lill-pajjiż kollu kemm hu.
Irridu li dawk bħalhom li l-Bambin komplajagħtihom is-saħħa, jibqgħu attivi u jgħinu fil-komunitajiet tagħhom.  Intom diġà tajtu ħafna lill-pajjiż fis-snin li għaddew, iżda jekk għadkom b’saħħtikom għandkom tkomplu tkunu ġenerużi ma’ pajjiżkom skont ma tistgħu.
Il-Gvern għaraf il-potenzjal li hemm fl-anzjanitagħna u biex iħajjarkom tkomplu tagħtu s-sehem tagħkom ħadna miżuri biex wara li tilħqu l-età tal-irtirar mix-xogħol tkunu tistgħu tkomplu taħdmu bla ma jitnaqqas xejn mill-pensjoni li ħdimtu u għandkom dritt għaliha.  L-esperjenza u l-ħiliet tagħkom ma nistgħux narmuhom.  Il-pajjiż għad għandu bżonnkom.
Jiena nittama li ħafna aktar nisa u rġiel isegwufuq il-passi tagħkom, jisfruttaw l-opportunitajiet li l-pajjiż qed joffrilhom u jkomplu jistudjaw tul ħajjithom kollha biex ikattru l-għerf tagħhom u jgħadduh lill-ġenerazzjonijiet aktar żagħżugħa.
Nixtieq inħeġġiġkom biex tkomplu turu danl-entużjażmu tagħkom lejn it-tagħlim u xxettluh f’uliedkom u n-neputijiet jew proneputijiet tagħkom.  Intom tridu tkunu ta’ eżempju għal dawk li jafukom jew huma qrib tagħkom u li lejkom iħarsu u jfittxu għall-eżempju tagħkom jew għal xi parir li tistgħu tagħtuhom. Kunu intom il-melħ ta’ din l-art ħelwa tagħna.
Nixtieq nagħlaq dawn il-kelmtejn qosra tiegħibilli nawguralkom sena akkademika attiva u sabiħa li matulha tkomplu tkabbru l-minjiera ta’ għerf li għandkom u taqsmuha mal-oħrajn għall-ġid tal-pajjiż kollu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow