DISKORS MILL-ONOR. DOLORES CRISTINA, MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ŻGĦAZAGĦ U SPORT FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAS-SENA AKKADEMIKA TAL-UNIVERSITÀ TAT-TIELET ETÀ – FLORIANA – 3 TA’ OTTUBRU 2008
pr1411
03/10/2008
Bonġu lil kulħadd.
| Nieħu gost nara dan l-entużjazmu kollu fikom | fil-ftuħ ta’ din is-sena Akkademika tal-Università tat-Tielet Età. L-istess entużjazmu li rajt meta ftit jiem ilu mort għall-ftuħ tas-sena addademika fl-Università tagħna u li rajt lejn tmiem ix-xahar li għadda meta żort skola sekondarja u oħra primarja fl-ewwel ġurnata tagħhom. |
| Iżda | hemm differenza kbira bejn iż-żewġ okkażjonijiet li semmejt u din tal-lum. Kemm fl-iskejjel primarji u sekondarji kif ukoll fl-Università rajt tfal u studenti li kienu għadhom se jibdew l-ewwel passi f’xi fażi tal-ħajja edukattiva tagħhom. Illum qed niltaqgħu magħkom, li dħaltu fit-Tielet Età u li diġà għaddejtu minn dawn il-fażijiet. Anzi nżid ngħid li intom għaddejtu diġà mill-Università tal-Ħajja u la qegħdin hawn dalgħodu jfisser li sirtu fost l-aqwa ċittadini ta’ dan il-pajjiż sabiħ tagħna. |
| Il-preżenza tagħkom hawn hi xhieda li intom | ikkonvinċejtu ruħkom kemm hu utli it-tagħlim tul il-ħajja li llum tant qed nisħqu dwaru. Għaraftu li tafu kemm tafu, dejjem jibqa’ lok li ssiru tafu aktar u ħtaftu l-opportunità biex tkomplu tkabbru l-għerf tagħkom f’din l-istituzzjoni. |
| Fostkom qed nara nies ta’ professjonijiet u | ħiliet differenti. Nies li qdejtu lill-pajjiż fis-snin li għaddew, kulħadd skond il-kapaċitajiet tiegħu u s-sejħa tiegħu. Bejnietkom għandkom minjiera kbira ta’ għerf u tagħrif u qed tfittxu li tkomplu tkabbru din il-minjiera. Dan hu l-kobor li għandu l-pajjiż. |
| Aħna | ma għandniex riżorsi naturali. Ma għandniex żejt, faħam, deheb u saħansitra anqas għandna ilma għax irridu nipproduċuh bi spiża kbira. Iżda għandna riżorsi umani kapaċi li fihom jinħtieġ li nkomplu ninvestu. Ninvestu fir-riżorsi umani tagħna biex nassiguraw li dawn ikollhom l-aħjar edukazzjoni biex inkunu ċerti li ħadd ma jibqa’ lura u nirnexxu lkoll. |
| Pajjiżna għaraf li l-investiment fl-edukazzjoni | għandu jinfirex biex jilħaq lil kulħadd irrispettivament mis-sess u l-età. Għalhekk wara li assigurajna li n-nisa jingħataw l-istess opportunitajiet daqs l-irġiel anke fil-qasam edukattiv, tant li llum jekk wieħed iħares lejn l-Università tagħna jsib li hemm aktar tfajliet milli ġuvintur jieħdu l-edukazzjoni terzjarja tagħhom, komplejna niftħu opportuniet ta’ tagħlim anke għall-adulti u l-anzjani. |
| Biex | tmexxi istitutzzjoni bħal din li tilqa’ fiha mijiet ta’ persuni li huma għatxana li jkomplu jitgħallmu u biex tassikura tagħlim ta’ livell għoli kif jingħata mill-Università tat-Tielet Età, trid investiment mhux żgħir. Il-pajjiż daħal għal dan l-investiment għax jemmen li anke l-anzjani għandhom potenzjal qawwi li bih jistgħu jgħinu lill-pajjiż kollu kemm hu. |
| Irridu li dawk bħalhom li l-Bambin kompla | jagħtihom is-saħħa, jibqgħu attivi u jgħinu fil-komunitajiet tagħhom. Intom diġà tajtu ħafna lill-pajjiż fis-snin li għaddew, iżda jekk għadkom b’saħħtikom għandkom tkomplu tkunu ġenerużi ma’ pajjiżkom skont ma tistgħu. |
| Il-Gvern għaraf il-potenzjal li hemm fl-anzjani | tagħna u biex iħajjarkom tkomplu tagħtu s-sehem tagħkom ħadna miżuri biex wara li tilħqu l-età tal-irtirar mix-xogħol tkunu tistgħu tkomplu taħdmu bla ma jitnaqqas xejn mill-pensjoni li ħdimtu u għandkom dritt għaliha. L-esperjenza u l-ħiliet tagħkom ma nistgħux narmuhom. Il-pajjiż għad għandu bżonnkom. |
| Jiena nittama li ħafna aktar nisa u rġiel isegwu | fuq il-passi tagħkom, jisfruttaw l-opportunitajiet li l-pajjiż qed joffrilhom u jkomplu jistudjaw tul ħajjithom kollha biex ikattru l-għerf tagħhom u jgħadduh lill-ġenerazzjonijiet aktar żagħżugħa. |
| Nixtieq inħeġġiġkom biex tkomplu turu dan | l-entużjażmu tagħkom lejn it-tagħlim u xxettluh f’uliedkom u n-neputijiet jew proneputijiet tagħkom. Intom tridu tkunu ta’ eżempju għal dawk li jafukom jew huma qrib tagħkom u li lejkom iħarsu u jfittxu għall-eżempju tagħkom jew għal xi parir li tistgħu tagħtuhom. Kunu intom il-melħ ta’ din l-art ħelwa tagħna. |
| Nixtieq nagħlaq dawn il-kelmtejn qosra tiegħi | billi nawguralkom sena akkademika attiva u sabiħa li matulha tkomplu tkabbru l-minjiera ta’ għerf li għandkom u taqsmuha mal-oħrajn għall-ġid tal-pajjiż kollu. |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979