Left arrow Go Back

DISKORS TAL-ONOR. JOHN DALLI, WAQT LAQGĦA TAL-KUNSILL EPSCO BIT-TEMA ‘PROPOSAL FOR A COUNCIL DIRECTIVE ON IMPLEMENTING THE PRINCIPLE OF EQUAL TREATMENT BETWEEN PERSONS IRRESPECTIVE OF RELIGION OR BELIEF, DISABILITY, AGE OR SEXUAL ORIENTATION’

pr1406
Date Icon 02/10/2008
Malta tixtieq tirringrazzja lill-PresidenzaFranċiża talli organizzat dan id-dibattitu daqshekk importanti.
Maltatikkonsidra li din il-Proposta għandha implikazzjonijiet wiesa’ ħafna li jirrikiedu ħafna preparamenti u ppjanar bir-reqqa, kif ukoll perijodu twil għall-adattament kulturali.
Għalkemm f’Malta għadna fi-stadju ta’konsultazzjoni dwar din il-proposta, nistgħu ngħidu li tappoġġja l-għanijiet warajha, anke jekk inħossu illi l-proposta hija prematura.  Dan għaliex jeżistu diversi aspetti relatati mal-interpretazzjoni u t-transpożizzjoni tad-direttivi anti-diskriminatorji eżistenti, li l-Istati Membri għadhom mhux ċari dwarhom u/jew li għad m’għandhomx biżżejjed esperjenza tagħhom.
Għalhekk, aħna nemmnu li qabel ma napprofondixxud-diskussjonijiet, hu essenzjali li tiġi stabbilita ċertezza legali permezz ta’ terminoloġija preċiża u demarkazzjoni aktar ċara tal-kompetenzi.
L-analiżi preliminari tagħna tindika li l-approċċwiesa’ tal-proposta jirrikiedi leġiżlazzjoni ġdida u kumplessa. Barra minn dan, huma meħtieġa kampanji edukattivi u pubbliċitarji qawwija biex iħejju liċ-ċittadini Ewropej għall-implikazzjonijiet soċjali ta’ din il-proposta.
F’dawn iċ-ċirkostanzi, Malta hija tal-fehma lil-perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ sentejn huwa qasir u għalhekk nemmnu li għandu jkun hemm introduzzjoni aktar bil-galbu, gradwali u fit-tul.
Irridu nżommu livell għoli ta’ ambizzjoni,madankollu, irridu fl-istess waqt inkunu wkoll realistiċi.  Inħoss illi għandna niżguraw li l-obbligi proposti jkunu proporzjonali mal-miri li rridu nwettqu.
Iridikun żgurat li ma nintroduċux inċertezzi legali bl-użu ta’ lingwaġġ ġdid, possibilment ekwivoku, partikolarment f’oqsma ta’ kompetenzi nazzjonali li huma sensittivi, bħall-edukazzjoni u l-liġi tal-familja. In fatti, nemmnu li t-test propost mhuwiex ċar biżżejjed u li għalhekk dan ma jagħtix livell għoli ta’ garanzija li d-Direttiva mhux ser tolqot oqsma ta’ kompetenzi nazzjonali.
Maltatemmen bil-qawwa kollha li l-proposta m’għandha bl-ebda mod tippreġudika l-prattiki nazzjonali fl-Istati Membri fir-rigward tal-istat taż-żwieġ jew tal-familja kif ukoll id-drittijiet sesswali u riproduttivi, anke fejn dawn il-prattiki ma jsibux espressjoni fil-liġi nazzjonali.
Aħnanirrikonoxxu li l-persuni b’diżabilità għandhom neċessitajiet speċifiċi biex effettivament jiġu żgurati d-drittijiet indaqs.
F’Malta, għamilna progress konsiderevolifil-qasam tad-diżabilità. Madankollu,  dejjem ħadna approċċ realistiku.
L-implikazzjonijietfinanzjarji u ekonomiċi tal-proposta fl-artikolu 4 m’għandhomx jiġu injorati, partikolarment għall-intrapriżi ż-żgħar.
Għalhekk, naħsbu li, qabel xejn, kunċetti bħal “provdutib’anteċipazzjoni”, “akkomodazzjoni raġonevoli” u “piż sproporzjonat” iridu jiġu kkjarifikati aktar fit-test sabiex jigi ddeterminat eżattament xi jfissru f’termini ta’ implimentazzjoni.
Malta ssostni ukoll li kif maħsubfil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Persuni b’Diżabilità, għandna f’din id-Direttiva ukoll nimmiraw lejn ‘twettiq progressiv’ f’dan il-qasam, li jkun jagħti lok għal tibdil gradwali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
Nagħlaq billi nenfasizza l-importanza li fin-negozjatitagħna, inżommu dejjem f’moħħna r-realtajiet differenti fl-Istati Membri. Huwa imperattiv li d-Direttiva ma tkunx preskrittiva żżejjed u li jkunu rrispettati l-principji ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow