Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport jindirizza seminar anwali organizzat mill-European Judo Union f’Malta

pr1405
Date Icon 02/10/2008
“L-idoli sportivi għandhomir-responsabbiltà li jkunu ta’ eżempju għas-segwaċi tagħhom.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli meta kien qed jikkummenta fuq id-doping fl-isport waqt li kien qed jindirizza l-ftuħ tas-seminar annwali tal-European Judo Union bit-tema ta’ Edukazzjoni, Saħħa u Amministrazzjoni li qiegħed jiġi organizzat f’Malta.
Clyde Puli kompla li t-temi diskussi f’danis-seminar huma importanti ħafna fis-settur sportiv. Fost l-oħrajn qed jiġi diskuss il-proċess bażiku ta’ tagħlim f’kategoriji ta’ etajiet differenti, il-mezzi ta’ kif jitjieb il-livell organizzattiv, kif ukoll l-aħħar informazzjoni mill-Agenzija Dinjija kontra d-Doping (WADA).
Clyde Puli feraħ lill-Federazzjoni Maltijatal-Judo għall-ħidma li qiegħda twettaq f’pajjiżna. Il-Federazzjoni, permezz tal-program ta’ l-Unjoni Ewropea, ‘Youth in Action’ qed tagħti opportunità liż-żgħażagħ ta’ bejn il-11 u s-16-il sena jipprattikaw il-judo.
Il-proġett qed jiġi mplimentat fi tlettlokalitajiet f’Malta u minbarra li jippromovi l-isport tal-judo jisħaq ukoll fuq it-tmien prinċipji morali li huma l-kuraġġ, il-ħbiberija, l-unur, il-kontroll tiegħek innifsek, is-sinċerità, l-modestà, r-rispett u l-manjieri.
Is-Segretarju Parlamentari faħħar ukollil-ħidma tas-Segretarju Ġenerali tal-European Judo Union, Envic Galea li ilu jokkupa din il-kariga Internazzjonali għal dawn l-aħħar erba’ snin.
Fi tmiem id-diskors tiegħu Clyde Puli stiedenlill-parteċipanti li jieħdu l-opportunità jgawdu dak li għandu x’joffri pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow