LAQGĦA TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-BAĠIT: L-AMBJENT DISKUSS WAQT LAQGĦA F’GĦAWDEX
pr1403
02/10/2008
| Il-Ministru tal-Finanzi, | l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech ilbieraħ tkellem dwar l-impenn tal-Gvern fil-qasam tal-ambjent, li llum sar wieħed mill-aktar prijoritajiet importanti għal dan il-Gvern, waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar il-baġit li ffukat fuq l-ambjent, li saret fir-Rabat, Għawdex. |
| Il-Ministru ta ħarsa lejn il-ħidma mwettqa | f’dawn l-aħħar snin mill-Gvern hekk kif numru ta’ postijiet madwar Malta u Għawdex ingħataw dehra isbaħ u aktar nadifa. Semma’ b’mod partikolari, l-għeluq tal-miżbliet tal-Magħtab u ta’ Qortin, it-tqegħid ta’ Bring-in sites f’aktar minn 200 sit madwar Malta u Għawdex u l-kampanja 34U. |
| Il-Gvern ta appoġġ finanzjarju għal xiri ta’ | solar water heaters u apparat ieħor ta’ enerġija li tiġġedded (wind turbines, PV systems), u inċentivi fuq xiri ta’ appliances li jaħlu anqas enerġija, u fuq xiri ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku. Fuq kollox, il-Gvern alloka 300 miljun ewro mill-fondi ta’ l-UE għas-7 snin li ġejjin proprju għall-ambjent. |
| Tonio Fenech spjega kif il-Gvern iħares lejn | Għawdex bħala mudell fil-qasam tal-ambjent u semma’ wkoll xi inizjattivi li saru fl-aħħar snin proprju fuq din il-gżira fosthom l-għeluq ta’ l-inċineratur, it-tnedija tal-proġetti tal-Impjant għat-Trattament tad-Drenaġġ. |
| Fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit il-Gvern kompla | jħares ’il quddiem f’dan il-qasam. Tonio Fenech spjega li sorsi alternattivi tal-enerġija mhumiex neċessarjament irħas mill-enerġija li qed tintuża bħalissa, u ma jistgħux jipprovdu aktar minn parti żgħira ta’ dak li qed jiġi kkunsmat illum. Madankollu jgħinu biex inaqqsu d-dipendenza fuq iż-żejt waqt li jnaqqsu l-emissjonijiet li għandhom impatt ħazin fuq saħħitna. |
| Għalhekk id-dokument qed jipproponi li jkun hemm | skemi aktar attraenti fuq solar water heating, sistemi fotovoltajċi, u rdieden tar-riħ domestiċi, kif ukoll li tigi stabilita feed in tariff aktar attraenti għal min irid jinvesti. |
| Il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija hija | ukoll komponent essenzjali fl-iżvilupp tal-politika futura tal-enerġija għall-pajjiżna. Il-dokument qed jipproponi numru ta’ skemi li jippromwovu l-effiċjenza tal-enerġija, bħall-energy audits, kampanji ta’ informazzjoni, l-iskema tal-energy saving lamps, regolamentazzjoni dwar energy efficient techniques fil-konstruzzjoni ta’ bini ġdid. |
| Saru wkoll numru ta’ interventi mill-pubbliku | preżenti, li tkellmu dwar aspetti differenti marbuta mal-ambjent mill-perspettiva Għawdxija. Tkellmu wkoll dwar oqsma oħra bħat-trasport, l-edukazzjoni u t-turiżmu u r-relazzjoni li dawn għandhom mal-ambjent li ngħixu fih u ressqu numru ta’ proposti għall-baġit 2009. |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979