Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU TAL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI U L- MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT IRESSQU PROPOSTI GĦAL TARIFFI ĠODDA TAD-DAWL U L-ILMA

pr1402
Date Icon 01/10/2008
Il-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni Austin Gatt flimkien mal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, l-Erbgħa wara nofsinhar indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar il-proposti għat-tariffi l-ġodda tad-dawl u l-ilma. Il-konferenza tal-aħbarijiet ingħatat ftit wara li l-Ministri Austin Gatt u Tonio Fenech ressqu l-proposti għall-kunsiderazzjoni lir-rappreżentanti tal-korpi kostitwiti u l-imsieħba soċjali membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) f’laqgħa li saret għal dan il-għan illum stess.
Il-preżentazzjoni (ara dokumenti annessi uaċċessibbli) lill-membri kollha fi ħdan l-MCESD kif ukoll lill-mezzi kollha tal-media kienet tinkludi fost oħrajn:
(1)Preżentazzjoni dwar ix-xiri taż-żejt mill-Korporazzjoni Enemalta. Din saret minn Alex  Tranter, Chairman tal-Enemalta.
(2)Il-prinċipji li fuqhom tfasslu l-proposti għat-tariffi l-ġodda tad-dawl u l-ilma. Din saret mill-Ministru Austin Gatt.
(3)Analiżi dettaljata tat-tariffi proposti tad-dawl u l-ilma li saret mill-kumpanija ta’ l-awdituri KPMG.
L-MCESD hu mistenni jitlaqqa’ s-Sibt, 18 ta’Ottubru, 2008 fejn il-korpi kostitwiti u l-imsieħba soċjali mistennija jagħtu r-reazzjonijiet u l-proposti tagħhom għall-preżentazzjoni li ressaq il-Gvern.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow