IL-MINISTERU TAL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI U L- MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT IRESSQU PROPOSTI GĦAL TARIFFI ĠODDA TAD-DAWL U L-ILMA
pr1402
01/10/2008
| Il-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni Austin Gatt flimkien mal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, l-Erbgħa wara nofsinhar indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar il-proposti għat-tariffi l-ġodda tad-dawl u l-ilma. Il-konferenza tal-aħbarijiet ingħatat ftit wara li l-Ministri Austin Gatt u Tonio Fenech ressqu l-proposti għall-kunsiderazzjoni lir-rappreżentanti tal-korpi kostitwiti u l-imsieħba soċjali membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) f’laqgħa li saret għal dan il-għan illum stess. |
| Il-preżentazzjoni (ara dokumenti annessi u | aċċessibbli) lill-membri kollha fi ħdan l-MCESD kif ukoll lill-mezzi kollha tal-media kienet tinkludi fost oħrajn: |
| (1) | Preżentazzjoni dwar ix-xiri taż-żejt mill-Korporazzjoni Enemalta. Din saret minn Alex Tranter, Chairman tal-Enemalta. |
| (2) | Il-prinċipji li fuqhom tfasslu l-proposti għat-tariffi l-ġodda tad-dawl u l-ilma. Din saret mill-Ministru Austin Gatt. |
| (3) | Analiżi dettaljata tat-tariffi proposti tad-dawl u l-ilma li saret mill-kumpanija ta’ l-awdituri KPMG. |
| L-MCESD hu mistenni jitlaqqa’ s-Sibt, 18 ta’ | Ottubru, 2008 fejn il-korpi kostitwiti u l-imsieħba soċjali mistennija jagħtu r-reazzjonijiet u l-proposti tagħhom għall-preżentazzjoni li ressaq il-Gvern. |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979