Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS TA’ L-ONOR. CARM MIFSUD BONNICI, MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN WAQT L-GĦOTI TAL-WARRANTS LILL-AVUKATI L-ĠODDA

pr1401
Date Icon 01/10/2008
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, waqt l-għotitaċ-ċertifikati lill-avukati l-ġodda, elenka numru ta’ punti importanti marbuta mal-ħidma li qed issir fil-Qorti, kif ukoll sabiex jirreaġixxi għad-diskors tal-Onor. Prim Imħallef.
Ħidma qawwijafil-Qorti
a)Tul dawn l-aħħar tliet snin u nofs, fil-Qrati tagħna ġew deċiżi 19,151 kawżi.  Din hija figura verament impressjonanti u evidenti tax-xogħol li qiegħed isir mill-Ġudikanti.
b)Kien hemm ukoll żieda interessanti ħafna fil-kawżi ġodda fil-Qrati.  Fl-istess perjodu ta’ żmien daħlu fir-Reġistru 14,762 kawża ġdida.  Jidher mill-istatistika li l-ikbar żieda (23%) kienet fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, kif ukoll żieda fil-kawżi fil-Qorti tal-Familja li telgħu b’20%.
ċ)Minkejja d-dħul ta’ tant kawżi, l-figuri ta’ kawżi pendenti fil-Qrati tagħna niżlu bi kważi 13% minn dak li kien hemm fl-2005 sal-ġurnata ta’ llum.  Dan seħħ għax baqgħu jiġu deċiżi fuq rata kostanti ta’ 47% tal-kawżi pendenti fil-Qrati.
d)Apparti dan jidher ukoll biċ-ċar li s-sitwazzjoni fil-Qorti ta’ Għawdex kompliet tmur għall-aħjar u stabbiliet ruħha bil-kawżi jonqsu sew mill-ammonti pendenti u żdiedu iktar il-kawżi deċiżi tant li r-rata ikbar ta’ 39% ta’ kawżi deċiżi ser tibqa’ miżmuma anke matul din is-sena.
Riżultat tal-ħidmaleġiżlattiva u ġudizzjarja
Dawnir-riżultati huma frott il-ħidma kostanti tal-Ġudikatura tagħna kif ukoll tad-diversi miżuri leġiżlattivi u amministrattivi li saru f’dawn l-aħħar snin.  Hemm iktar xi jsir f’din id-direzzjoni sabiex id-dewmien tal-kawżi jkompli jiġi ridott kif l-istatistika qiegħda turi.  Il-Ministru Mifsud Bonnici jaqbel ma’ dak li qal il-Prim Imħallef fuq ħafna punti tad-diskors tiegħu u ser jistabbilihom bħala miri li għandhom jintlaħqu fis-sena li ġejja, u cioè:-

1.         Li jkun hemm dan l-istudju indipendenti flimkien ma’, possibilment il-European Commission for the Efficiency of Justice u dan sabiex, l-ewwel, tkompli titjieb il-ħidma; it-tieni, li jiġu osservati xi prattiki li qed jiġu addottati minn pajjiżi oħra u t-tielet, sabiex jiġi stabbilit aħjar kif qed jintuża l-ħin u r-riżorsi tagħna.  Is-suġġerimenti, il-proposti li jagħmlu l-ġid ma jistgħux jiġu injorati.

2.         Li l-proċedura u l-prattika li qed tiġi segwita b’mod mill-iktar għaqli tal-listi għandha tkompli tiġi żviluppata.  L-ispeċjalizzazzjoni tal-Ġudikant fi branki differenti hija pass ‘il quddiem u, mingħajr formaliżmu żejjed, qed tinbena sistema aqwa milli għandna.

3.         Li hemm bżonn li sal-aħħar tas-sena, l-emendi li ġew proposti sabiex ikun hemm eżekuzzjoni aħjar tas-sentenzi jiġu fis-seħħ bit-tibdil li ġie suġġerit.  Dan għandu jkun pass ieħor li jkompli jnaqqas mid-dewmien fil-Qrati.  Għalkemm hemm lok ta’ ħidma koordinata, u hawn jeħtieġ li l-proċeduri tad-disprezz li jiġu emendati sabiex ikunu ferm aħjar milli huma llum.

4.         Li hemm bżonn li l-leġiżlazzjoni tagħna tidħol f’dibattitu sabiex jiġi rregolat aħjar dak li għandu jiġi rrappurtat fil-gazzetti.

5.         Li l-proċess li nbeda mill-Ministeru sabiex il-kumpilazzjonijiet u l-proċessi kriminali jiġu mtejba sabiex jonqos il-ħela ta’ riżorsi u żmien lill-amministrazzjoni tal-ġustizzja, l-vittmi tar-reat, ix-xhieda u l-persuna akkużata.  Mhuwiex aċċettabbli li dawn il-każijiet idumu ħafna sabiex jiġu deċiżi, u għalkemm kien hemm żieda ta’ 42% ta’ kumpilazzjonijiet deċiżi, hemm lok għal iktar.

6.         Li l-istitut tal-avukat tal-għajnuna legali li tqajjem mill-President tal-Kamra tal-Avukati jiġi diskuss u aġġornat għaż-żminijiet.

Dawnil-punti huma essenzjali sabiex inkomplu nibnu Qrati iktar effiċjenti mingħajr ma jitilfu mis-sustanza tal-Ġustizzja.  L-aħħar ħames snin kienu impenjattivi u ġabu bidliet kbar li llum il-ġurnata qed nieħdu l-frott tagħhom.  Però dan ma jfissirx li ma hemmx iktar x’wieħed jagħmel, imma kif jgħidu: ħaġa taqla’ lill-oħra.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern huwaimpenjat li jimxi ’l quddiem.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow