Is-Segretarju Parlamentari Għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jqassam ikla tal-Meals on Wheels fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani
pr1400
01/10/2008
| Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani, illum | is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Mario Galea simbolikament qassam ikla tal-Meals on Wheels lis-Sur Manwel Francalanza li joqgħod fil-lokalita’ taż-Żejtun. |
| Mario Galea irringrazzja lil Maltese Cross | Corps li jipprovdi dan is-servizz. Huwa fakkar li s-servizz tal-Meals on Wheels beda fit-13 ta’ Ġunju 1991. |
| Dan | is-servizz beda bi 13-il ikla kuljum li kienu jitqassmu fil-Furjana. Illum is-servizz jagħti madwar 175 ikla kuljum madwar Malta kollha. Matul is-sena l-oħra, jigifieri fil-2007 inħargu 64,009 ikla. |
| Mill-bidu ta’ din is-sena sa l-aħħar ta’ | Settembru inħargu 48,000 ikliet. Dan is-servizz li hu sussidjat mill-gvern jiswa €123,000 s fis-sena. Min-naħa l-oħra kull ikla tiswa lill-anzjan 2.21 Euros biss, ovvjament bi prezz sussidjat. |
| Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea faħħar | lil Malta Cross Corps għall-fatt li kull applikazzjoni tigi proċessata mill-ewwel u l-anzjan jingħata l-ikel, ħafna drabi dak in-nhar stess li japplika. |
| Is-Segretarju Parlamentari irringrazzja lis-Sur | Francalanza talli dalgħodu laqagħhom f’daru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977