Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari Għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jqassam ikla tal-Meals on Wheels fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani

pr1400
Date Icon 01/10/2008
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani, illumis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor.  Mario Galea simbolikament qassam ikla tal-Meals on Wheels lis-Sur  Manwel Francalanza li joqgħod fil-lokalita’ taż-Żejtun.
Mario Galea irringrazzja lil Maltese CrossCorps li jipprovdi dan is-servizz.  Huwa fakkar li s-servizz tal-Meals on Wheels beda fit-13 ta’ Ġunju 1991.
Danis-servizz beda bi 13-il ikla kuljum li kienu jitqassmu fil-Furjana. Illum is-servizz jagħti madwar 175 ikla kuljum madwar Malta kollha. Matul is-sena l-oħra, jigifieri fil-2007 inħargu 64,009 ikla.
Mill-bidu ta’ din is-sena sa l-aħħar ta’Settembru inħargu 48,000 ikliet. Dan is-servizz li hu sussidjat mill-gvern jiswa €123,000 s fis-sena. Min-naħa l-oħra kull ikla tiswa lill-anzjan 2.21 Euros biss, ovvjament bi prezz sussidjat.
Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea faħħarlil Malta Cross Corps għall-fatt li kull applikazzjoni tigi proċessata mill-ewwel u l-anzjan jingħata l-ikel, ħafna drabi dak in-nhar stess li japplika.
Is-Segretarju Parlamentari irringrazzja lis-SurFrancalanza talli dalgħodu laqagħhom f’daru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow