Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U KUMMERĊ IWIEĠEB STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-KELLIEM LABURISTA GĦALL-EDUKAZZJONI U MEDIA, DWAR L-GĦAŻLA TAL-KUNTRATT GĦAL SERVIZZI TA’ TAĦRIĠ GĦALL-ISTUDENTI TAL-ICT FL-MCAST

pr1399
Date Icon 01/10/2008
B’referenzagħall-istqarrija tal-kelliem Laburista Evarist Bartolo, id-Dipartiment tal-Kuntratti jwieġeb li:
Mhux veru dakli qed jallega l-Onor. Evarist Bartolo li fir-rapport finali l-Kumitat tal-Għażla għażel kumpanija waħda biss u mhux minnu li l-Kumitat tal-Kuntratti pubbliċi bagħat lura r-rapport lil Kumitat tal-Għazla.
Id-Dipartimenttal-Kuntratti segwa mill-qrib il-proċedura fl-għoti ta’ dan il-kuntratt skont kif inhi r-responsabilità tiegħu bil-liġi.
Il-Kumitattal-Għażla bagħat ir-rapport finali wara li d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kuntratti talab il-kjarifiki kollha meħtieġa skont kif inhi fir-responsabilità tiegħu li jagħmel bil-liġi u l-proċedura tal-istess dipartiment, waqt li talab ukoll xi rikonsiderazzjonijiet ta’ marki mgħotija mill-Bord tal-Għażla fid-dawl tal-fatt li kien hemm divergenżi fil-fehmiet tal-membri.
Fir-rapportfinali sottomess mill-Kumitat tal-Għażla lill-Kumitat tal-Kuntratti, il-kumpaniji kollha ġabu izjed minn 70 marka u ma jirriżultax li kien hemm xi kumpaniji li kellhom jiġu skwalifikati għax ma laħqux il-kriterji stabbiliti.  Anzi l-kumpaniji kollha kienu aċċettati għal livell ta’ tagħlim li joffru skont is-sejħa ta’ offerti.  Għaldaqstant mhux minnu li fir-rapport finali l-Kumitat tal-Għażla għażel kumpanija waħda biss u mhux minnu li l-Kumitat tal-Kuntratti pubbliċi bagħat lura r-rapport lil Kumitat tal-Għażla.  Fil-fatt id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kuntratti Pubbliċi hija dik li ġiet ippubblikat mill-Kumitat inniffsu.
Kif dejjem jiġri,il-Kumitat tal-Għażla ssottometta r-rapport finali tiegħu lil Kumitat tal-Kuntratti u wara li fela dan ir-rapport ġie ppubblikat ir-riżultat u bħalissa għaddej it-terminu tal-Appell minn din id-decizjoni. Dan il-perjodu jagħlaq nhar it-Tnejn 6 ta' Ottubru f'nofsinhar fejn kull offerent jew kull persuna li għandha jew kellha interess li takkwista dan il-kuntratt tista’ tappella. Dawn l-appelli jistgħu jsiru wkoll a bazi tal-kriterji stabbiliti fis-sejħa għal offerti. Il-kuntratti ma jiġux iffirmati qabel jgħaddi dan il-perjodu jew jinqata’ l-appell skont kif ikun il-każ.
Il-Kumitattal-Għażla kien magħmul minn esperti tekniċi u b’esperjenza fil-qasam u għaldaqstant wieħed ma jistax jifhem kif bil-kompetenzi tagħhom dawn setgħu jkunu vulnerabbli ħafna għal pressjoni biex jiddeċiedu mod flok ieħor.
Fid-dawl tal-fattilli d-Dipartiment tal-Kuntratti huwa l-entità responsabbli sabiex jara illi l-għażla ssir skond kif stabbilit bil-liġi, wieħed ma jistax jara għaliex għandu jitwaqqaf proċess li fih m’hemmx irregolarità, għad-deteriment tal-istess studenti li issa bdew l-istudji tagħhom. Id-Dipartiment m’għandux oġġezjoni għal skrutinju tal-ħidma tiegħu, inkluż mill-Pulizija, jekk din tħoss li hemm bżonn ta’ investigazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow