Left arrow Go Back

MESSAĠĠ MILL-ONOR. MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAL-ANZJANI

pr1395
Date Icon 01/10/2008
F’pajjiżnagħandna waħda mill-ogħla rati ta’ life expectancy fl-Ewropa.  In-numru tal-anzjani qiegħed dejjem jiżdied.  L-anzjani huma riżorsa importanti ħafna f’pajjiżna u għandhom sehem importanti fit-tħaddim tal-ekonomija ta’ pajjiżna.  Dan għaliex l-anzjani mhumiex biss konsumaturi imma wkoll minjiera ta’ esperjenza.
Il-Gvern jemmenbis-serjetà fil-kontribut tal-anzjani fid-dinja tax-xogħol.  Kien għalhekk li fil-budget tas-sena l-oħra, il-gvern ħabbar miżura fejn anzjani  li jilħqu l-età tal-irtirar jistgħu jkomplu jaħdmu mingħajr ma jitilfu l-pensjoni.  Illum għandna madwar 9,430 anzjan li għadhom impjegati fuq bażi full time jew part time. Dan ifisser żieda ta’ elf meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Sadattant għandna eluf oħrajn li jibqgħu jgħinu lil uliedhom f’intrapriżi tal-familja.
Eluf ta’ anzjanioħra huma impenjati f’xogħol informali, fost oħrajn jieħdu ħsieb in-neputijiet u b’hekk aktar nisa jistgħu jkomplu jaħdmu.  Ħafna u ħafna oħrajn huma impenjati f’ħidma volontarja. Biżżejjed wieħed isemmi l-għadd ta’ kunsilliera u sindki li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jagħtu sehemhom għall-ġid tal-lokalità tagħhom.  Inkella l-għadd ta’ anzjani li huma involuti fil-parroċċi tagħna jew fil-każini tal-baned.  Veru każ li fejn hemm ħidma volontarja aktar iva milli le se ssib anzjani jagħtu s-sehem tagħhom.
Din il-ħidma lissir mill-anzjani, ħafna drabi fis-skiet, hija imprezzabli. Li kieku kellna nħallsu għax-xogħol li jsir mill-anzjani fuq bażi volontarja żgur li nkunu qed nitkellmu fuq ċifra ta’ miljuni kbar.
Minkejjadan xorta jibqaw anzjani illi jkollhom bżonn min jieħu ħsiebhom. Il-gvern jemmen illi sa fejn hu possibli dawn għandhom jibqgħu fi djarhom viċin tal-familji tagħhom.
Għalhekk aħna impenjati illi nagħmlu riformafis-servizz li qed noffru lill-anzjani fil-komunità. Dawn is-servizzi jridu jkunu ta’ support mhux biss għall-anzjani, imma anke għall-familjari li qed jieħdu ħsiebhom. Ovvjament għax qed ngħixu iktar, in-numru ta’ anzjani li jsiru dipendenti u jidħlu f’xi residenza qed jiżdied. Għal dan il-għan dawn l-aħħar xhur ingħatat spinta kbira lill-blokk ġdid Gwann Pawlu II f’San Vinċenz illi se jkun atrezzat bil-kumditajiet kollha u se jkollu żewġ swali mgħammra apposta għal min ibagħti bil-kundizzjoni tad-dimentia. Dan il-blokk li jesa’ 144 se jkun lest fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.
Barra minn dan, fil-kumpless tal-anzjani St JeanAntide f’Ħ’Attard qed jinbnew żewġ swali ġodda li jkunu jistgħu jilqgħu 64 persuna oħra. Anke hawn ix-xogħol jinstab għaddej b’ritmu mgħaġġel.
Biex naċċertaw illi jkollna biżżejjed carersimħarrġa għall-ewwel darba beda kors ta’ carers. F’Jannar li ġej l-ewwel 53 carers ikunu temmew il-kors tagħhom. Il-pjan tagħna hu li eżatt kif jispiċċa dan il-kors jerġa’ jibda ieħor.
Illum nistgħu ngawdu l-livell tal-għixien ligħandna għaliex l-anzjani tal-lum fis-snin li għaddew ħadmu bis-sħiħ, ħafna drabi f’ċirkostanzi diffiċli biex bl-għaraq tagħhom bnew pajjiżna fuq sisien sodi.  F’dan il-jum il-gvern irid isellem lill- anzjani kollha f’Malta u Għawdex u jroddilhom ħajr għall-kontribut kbir tagħhom lil pajjizna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow