PASSI LEGALI KONTRA L-ĠURNAL KULLĦADD
pr1393
30/09/2008
| Illum is-Segretarju | Parlamentari responsabbli ghall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’, l-Onor. Mario Galea għamel kwerela għand il-pulizija fejn talabhom jieħdu passi kontra l-ġurnal Kullħadd. Fil-kwerela ppreżentata, s-Segretarju Parlamentari Mario Galea spjega kif fil-21 ta’ Settembru 2008 deher artiklu fuq il-paġna ta’ wara ta’ Il-Kulħadd, fuq inċident fil-kamra mortwarja tar-Residenza San Vinċenz de Paul. |
| F’dan l-artiklu | saru allegazzjonijiet infondati u l-fatti ta’ kif ġraw l-affarijiet ġew maqluba ta’ taħt fuq mill-ġurnal Kullħadd. Il-ġurnal ried li ħaddiem li ttieħdu passi dixxiplinarji kontra tiegħu jerġa’ jiddaħħal lura għax-xogħol. Il-ġurnal iddefenda lil min naqas minn dmirijietu. |
| Dak in-nhar stess | is-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ħareg stqarrija fejn fiha elenka il-fatti kif fil-fatt ġraw, u ġie spjegat x’passi kienu ttieħdu mill-ewwel wara li ġie rrappurtat dak l-inċident. Dak inhar stess li deher l-artiklu, il-ġurnal ġie konsenjat b’din it-tweġiba u ntalab biex kif jitlob l-Art. 21 tal-Kap 248 tal-liġijiet ta’ Malta, jippubblika dik it-tweġiba bl-istesstipa uprominenza jiġifierifil-paġnata’waratal-ġurnalKullħadd. |
| Fil-ħarga ta’ | wara tal-Kullħadd jiġifieri il-Ħadd, 28 ta’ Settembru 2008, dan il-ġurnal injora l-obbligazzjonijiet legali tiegħu. Minkejja li kellu l-fatti f’idejh reġa’ rrepeta l-istess allegazzjoni li kienu saru mill-istess ġurnal l-Ħadd ta’ qabel. It-tweġiba tas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ġiet ippubblikata fil-paġni ta’ ġewwa bħala sempliċi ittra lill-editur, dan bi ksur tal-provvedimenti ta’ l-Att dwar il-Liġi tal-Istampa (Kap 248 tal-Liġijiet ta’ Malta). |
| Illum saret talba | biex jibdew proċeduri kontra l-ġurnal Kullħadd. Hija tal-mistħija kif dan il-ġurnal għazel li jkompli jinsisti b’allegazzjonijiet infondati. Għall-ġurnal Kullħadd jidher li l-allegazzjonijiet infondati huma aktar importanti mill-fatti. |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979