Left arrow Go Back

“INĦEĠĠU LIL MIN JIFLAĦ JAGĦTI DEMM”

pr1392
Date Icon 30/09/2008
Il-Kmamartal-Kumitati fil-Parlament illum imtlew b’attività mhux tas-soltu fejn numru ta’ Deputati u uffiċjali parlamentari flimkien mal-Ispeaker taw id-demm. Grupp ta’ nurses ramaw l-apparat meħtieġ biex waqt is-Seduta tal-Parlament, il-Kmamar tal-Kumitat servew bħala fergħa tal-Bank tad-Demm.
“Is-servizzitas-saħħa f’Malta u Għawdex għandhom bżonn provvistà kontinwa ta’ demm għall-ġid ta’ min jiġi bżonnu fl-isptarijiet tagħna. Infatti mhux l-ewwel darba li kellhom jiġu posposti operazzjonijiet importanti minħabba n-nuqqas ta’ demm ta’ tip jew ieħor. L-għoti tad-demm hu ġest sabiħ u att  ta’ karità. Inħeġġu lil min jiflaħ biex jagħti d-demm.” Dan qalu l-Ispeaker tal-Kamra Louis Galea li fisser li l-Membri Parlamentari bl-eżempju tagħhom riedu jagħmlu appell biex aktar Maltin u Għawdxin ikunu ġenerużi u jagħtu d-demm fil-Bank tad-Demm jew fil-Mobile Unit. Il-Kamra tad-Deputati llum uriet kif kapaċi toħloq attività li biha mhux biss tkun qed titkellem dwar il-mod ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet f’pajjiżna iżda saret azzjoni konkreta u pozittiva”
L-iSpeaker Louis Galea flimkien ma’ l-Onor DavidAgius,  Whip tal-Gvern, u l-Onor Joseph Sammut, A/Whip ta’ l-Oppożizzjoni, u diversi Membri Parlamentari attendew u taw id-demm f’din l-okkażjoni.
Din hi t-tieni darba li Deputati Parlamentarimiż-żewġ naħat tal-Kamra taw id-Demm.
L-intenzjoni hi li attività bħal din terġa ssirfil-futur qrib.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow