STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1391
30/09/2008
| Malta | tappoġġja proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tfal fl-iskejjel primarji jingħataw frott u ħxejjex b’xejn |
| Malta tenniet l-appoġġ | tagħha għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tfal fl-iskejjel primarji jingħataw frott u ħxejjex b’xejn . Diskussjoni dwar din il-proposta saret waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u Sajd li saret illum fi Brussels u li għaliha attenda l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarjiet Rurali George Pullicino |
| Il-Kummissjoni | Ewropea qed tipproponi li tiffinanzja sa’ 75% ta’ l-ispiża biex l-istudenti fi skejjel primarji jingħataw frott u ħxejjex. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea torbot ukoll lill-Istati Membri li jniedu strateġija ta’ promozzjoni iffinanzjata minn fondi nazzjonali. |
| Meta intervjena | fid-diskussjoni dwar din il-proposta, l-Ministru Pullicino tenna l-apprezzament tiegħu, f’isem il-Gvern Malti, għal din il-proposta u qal li din hija miżura konkreta li permezz tagħha nistgħu ngħallmu lill-ġenerazzjonijiet futuri l-ħtieġa ta’ nutrizzjoni bbażata fuq frott u hxejjex. Hu qal li Malta għandha problema ta’ obeżita’ fost it-tfal u għalhekk hemm bżonn ta’ programm aktar aggressiv bejn l-awtoritajiet ikkonċernati biex tkun megħluba din il-problema. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li għandu jkun aċċertat li fl-implimentazzjoni ta’ din l-iskema jkun hemm biżżejjed flessibilita’ sabiex tkun tista’ tiġi adegwata skond it-tradizzjonijet u l-prodotti reġjonali. George Pullicino appella biex il-pajjiżi li għandhom rati għolja ta’ obeżita’ fost it-tfal jingħataw aktar għajnuna biex ikunu jistgħu jibbenefikaw aktar minn din l-iskema. Huwa tenna li din l-inizjattiva għandha twassal sabiex it-tfal jiżviluppaw apprezzament ukoll għal mod li bih ikun ġie prodott l-ikel ipprovdut. Pullicino awgura li l-Kummissjoni Ewropea ma ddumx biex tikkonkludi d-diskussjoni dwar din il-proposta. |
| Intant, waqt | il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri saret ukoll diskussjoni dwar numru ta’ temi importanti ohrajn, fosthom dwar ir-riforma tal-Health Check tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni Ewropea. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977