Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1391
Date Icon 30/09/2008
Maltatappoġġja proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tfal fl-iskejjel primarji jingħataw frott u ħxejjex b’xejn
Malta tenniet l-appoġġtagħha għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tfal fl-iskejjel primarji jingħataw frott u ħxejjex b’xejn .  Diskussjoni dwar din il-proposta saret waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura u Sajd li saret illum fi Brussels u li għaliha attenda l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarjiet Rurali George Pullicino
Il-KummissjoniEwropea qed tipproponi li tiffinanzja sa’ 75% ta’ l-ispiża biex l-istudenti fi skejjel primarji jingħataw frott u ħxejjex.  Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea torbot ukoll lill-Istati Membri li jniedu strateġija ta’ promozzjoni iffinanzjata minn fondi nazzjonali.
Meta intervjenafid-diskussjoni dwar din il-proposta, l-Ministru Pullicino tenna l-apprezzament tiegħu, f’isem il-Gvern Malti, għal din il-proposta u qal li din hija miżura konkreta li permezz tagħha nistgħu ngħallmu lill-ġenerazzjonijiet futuri l-ħtieġa ta’ nutrizzjoni bbażata fuq frott u hxejjex.  Hu qal li Malta għandha problema ta’ obeżita’ fost it-tfal u għalhekk hemm bżonn ta’ programm aktar aggressiv bejn l-awtoritajiet ikkonċernati biex tkun megħluba din il-problema.
Il-MinistruPullicino qal li għandu jkun aċċertat li fl-implimentazzjoni ta’ din l-iskema jkun hemm biżżejjed flessibilita’ sabiex tkun tista’ tiġi adegwata skond it-tradizzjonijet u l-prodotti reġjonali.  George Pullicino appella biex il-pajjiżi li għandhom rati għolja ta’ obeżita’ fost it-tfal jingħataw aktar għajnuna biex ikunu jistgħu jibbenefikaw aktar minn din l-iskema.  Huwa tenna li din l-inizjattiva għandha twassal sabiex it-tfal jiżviluppaw apprezzament ukoll għal mod li bih ikun ġie prodott l-ikel ipprovdut.  Pullicino awgura li l-Kummissjoni Ewropea ma ddumx biex tikkonkludi d-diskussjoni dwar din il-proposta.
Intant, waqtil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri saret ukoll diskussjoni dwar numru ta’ temi importanti ohrajn, fosthom dwar ir-riforma tal-Health Check tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni Ewropea.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow