Left arrow Mur Lura

ITTRI TA’ TWISSIJA GĦAS-SIDIEN TAL-CARAVANS TA’ BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ

pr1381
Date Icon 30/09/2008
Ilbieraħ, it-Tnejn 29 ta’ Settembru 2008,uffiċjali tad-Diviżjoni Propjetà tal-Gvern fuq inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi, qassmu iktar minn 100 ittra ta’ avviż lis-sidien ta’ Caravans ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq.  Is-sidien ingħataw 48 siegħa żmien biex ineħħu l-Caravans tagħhom minn fuq is-sit.
Danl-ewwel stadju ta’ infurzar f’dan is-sit, illi dam sejjer matul il-ġurnata kollha tat-Tnejn, qed isir minħabba li dan is-sit mhuwiex sit maħsub għal Caravans, u b’hekk ma jistax jiġi okkupat minn min m’għandux titolu tal-art.  Dan l-abbuż ta’ art pubblika joħroġ iktar ċar meta wieħed iqis li wħud minn dawn il-Caravans huma mdawwrin bi strutturi fissi mingħajr ebda permessi relevanti.
Danl-eżerċizzju huwa biss l-aħħar fost kampanja li nieda s-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, li jerġa’ jrodd lura lill-pubbliku dak li huwa tiegħu.  Każi oħra kienu l-azzjonijiet ta’ infurzar għal imwejjed u siġġijiet f’Tas-Sliema, Wied il-Għajn, Marsaxlokk, Buġibba, Birżebbuġia, Xlendi u Marsalforn, kif ukoll l-evakwazzjoni ta’ squatters minn siti bħall-Palazz l-Aħmar tal-Marfa u l-kantina tal-Kamrata fil-Belt Valletta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow