RAPPORT ANNWALI TA’ AWDITUR ĠENERALI GĦAS-SENA 2006
Ir-Rapport Finanzjarju għas-sena 2006 ġie mgħoddi mill-Accountant General skont l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika tas-sena 1962. Wara l-eżaminar skont l-Att ta’ l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, tas-sena 1997, dan l-Uffiċċju nnotta li:
· fl-analiżi tal-varjazzjonijiet għas-sena 2006 m’hemmx analiżi dettaljata dwar ċertu dħul;
· transazzjonijiet datati fl-2007 ġew irrapportati bi żball fis-sena finanzjarja 2006;
· interessi u ħlas lura ta’ self dehru li tħallsu minn Korporazzjoni pubblika, meta fil-fatt kien il-Gvern li ħallas;
· minn stima ta’ Lm11 miljun (€27.70 miljun) kienu biss Lm5.5 miljun (€12.80 miljun) li ġew fil-fatt użati biex jitħallsu t-Treasury Clearance Fund Advances;
· ma setax ikun żgurat li kien komplut għall-aħħar ir-rappurtaġġ dwar id-Dikjarazzjonijiet ta’ Investimenti, ta’ talbiet minsija (abandoned claims), dwar telf ta’ flus kontanti u dwar affarijiet imħassra minn fuq reġistri ta’ Stores;
· l-Kont Pubbliku għall-perjodu Ġunju 1992 – Diċembru 2001 għadu ma ġiex rikonċiljat minħabba li t-Teżor huwa ta’ l-opinjoni li dan l-eżercizzju mhux vijabbli li jsir manwalment.
| Numru ta’ | Ministeri, Dipartimenti u Entitajiet naqsu li jibagħtu l-prospett ta’ l-arretrati għas-sena 2006 lid-Dipartiment tat-Teżor kif stipulat fiċ-Ċirkulari tat-Teżor 2/2007. Dawn biex wara jgħaddu wkoll lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Il-figuri ppublikati ta’ xi Dipartimenti kellhom jiġu rrappurtati eżatt kif ġew mogħtija lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Eżerċizzi ta’ verifika ma setgħux isiru sewwa għaliex xi dipartimenti ma ppreżentawx analiżi dettaljata tal-figuri. Numru ta’ sejbiet fil-Qrati tal-Ġustizzja, Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, Ministeru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed jiġu rrapportati separatament. |
| Is-sistema awtomatika li biha tiġi rrekordjata | l-attendenza fl-Uffiċċju Elettorali ma kinitx qed tintuża wara l-ħinijiet ta’ l-uffiċċju. Minħabba f’hekk ma setax isir kontroll neċessarju fuq is-sahra. Kien hemm nuqqas f’dik li hi segregazzjoni ta’ dmirijiet fis-Sezzjoni tas-Salarji. Pagamenti għas-sahra ma kinux qed jiġu vverifikati indipendentement. Impjegati u terzi persuni oħra kienu qed jiġu mogħtija kumpens żejjed għal xogħol konness ma’ l-Elezzjonijiet u dan meta kienu qed iwettquh waqt il-ħinijiet normali ta’ l-uffiċċju. Ċerti ħlasijiet ma ġewx inklużi fil-Final Settlement System (FSS) għal skopijiet ta’ taxxa. Ma ntalbitx approvazzjoni għal ħlas ta’ kontijiet b’lura meta l-istima ta’ l-ispejjes għal dik is-sena finanzjarja inqabżet. |
| Minn analiżi tar-Rapporti ta’ verifika fuq | il-Kunsilli Lokali kollha li saru mill-Awdituri tal-Gvern Lokali ġew osservati numru ta’ punti li qajmu ċertu tħassib. Dawn jinkludu: |
· erbgħa u tletin (34) Rapporti ta’ Verifika li jirrappreżentaw ħamsin fil-mija (50%) tal-Kunsill Lokali kienu kwalifikati;
· għaxar (10) Kunsilli Lokali rrapporta working capital negattiv fir-rendikont ta’ l-istat ta’ l-affarijiet tagħhom;
· disgħa u erbgħin (49) Rapporti ta’ Verifika waslu sad-data ta’ l-għeluq, it-30 ta’ Ġunju 2007, bid-dsatax (19) l-oħra jonqsu milli jagħmlu dan. Ir-Rapport Finanzjarju ta’ Kunsill Lokali minnhom għat-tieni sena konsekuttiva baqa’ ma wasalx;
· sal-31 t’Ottubru 2007, tlieta u għoxrin (23) Kunsill Lokali naqsu milli jwieġbu għall-Management Letters.
| Fil-maġġoranza | tal-każijiet l-ebda Rapport ta’ Verifika mill-Kumitati Konġunti ma ġie ppreżentat waqt li kien qed isir ix-xogħol ta’ verifika tal-Kunsilli Lokali. Fil-fatt sal-31 t’Ottubru 2007 Kumitat Konġunt wieħed biss ippreżenta r-Rapport Finanzjarju verifikat għal dik is-sena. Hu osservat li ma teżisti l-ebda leġislazzjoni li tirregola s-sottomissjonijiet tar-Rapporti Finanzjarji tal-Kumitati Konġunti. |
| Matul is-sena tmien (8) Kunsilli Lokali kellhom | bidla tas-Segretarju Eżekuttiv. Madankollu kien Kunsill wieħed biss minn dawn li għamel mid-term audit hekk kif jitolbu l-Proċeduri tal-Kunsill Lokali (Verifika) 2006. Dan il-mid-term audit huwa meħtieġ f’każ li s-Segretarju Eżekuttiv ikun se jħalli l-kariga. |
| Numru ta’ eżerċizzji ta’ verifika saru wkoll | fid-Dipartiment ta’ l-Artijiet u minnhom ħareġ dan: |
· il-kont ‘Akkwist ta’ Propjeta’ għall-Użu Pubbliku’ juri bilanċ inizjali li qed jiġi miġjub minn sena għall-oħra. Id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jidentifika dawk il-propjetajiet relatati ma’ dan il-bilanċ u lanqas jikkwantifika kemm hu;
· meta jiġi ffirmat kuntratt, ammont ekwivalenti għall-valur totali tal-propjeta’ mmobbli mixtrija jiġi trasferit mill-Kont, hawn fuq imsemmi, għall-Kont tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. Madankollu, analiżi li tindika ma’ liema kuntratti dawn l-ammonti huma relatati ma kinitx disponibbli;
· minn eżercizzju li sar fuq kampjun ta’ propjeta’ li skont dokumenti tad-Dipartiment kienu jidhru bħala vakanti fil-fatt instab li kienu okkupati llegalment. L-ebda azzjoni ma kienet qed tittieħed biex din il-propjeta’ tiġi allokata b’offerta. Minbarra hekk ma kienx hemm segwitu adekwat fuq każijiet pendenti.
| Verifika li saret fil-fergħa ta’ l-Immigrazzjoni | tad-Dipartiment tal-Pulizija fuq ħruġ ta’ visas tagħti wieħed x’jifhem li kien qed ikun hemm perjodu twil ħafna fl-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet għal estensjoni ta’ visas. Aktar minn hekk ma kienx hemm dokumentazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjonijiet meħuda minn Uffiċjali ta’ l-Immigrazzjoni meta approvaw jew ma approvawx dawn l-applikazzjonijiet. |
| Verifika tad-database | li qed jintuża għall-Inventarju fid-Dipartiment tal-Pulizija wriet diversi nuqqasijiet fil-valutazzjonijiet ta’ vetturi u assi oħra, bħal għamara u armar. |
| Fir-rigward | tal-mediċini u materjal kirurġiku ieħor, li jittieħdu mill-pubbliku mill-Ispiżerija tal-Gvern, l-ammont li l-Gvern għandu jagħti lil għadd ta’ kredituri żdied b’Lm2.80 miljun (€6.52miljun). Is-somma totali fl-aħħar tas-sena 2006 kienet ta’ Lm12.20 miljun (€28.42 miljun). Wieħed u tletin fil-mija (31%) ta’ dan l-ammont kienu pendenti fuq perjodu ta’ 150 ġurnata. Aktar minn hekk, sa l-aħħar ta’ Lulju 2007 madwar Lm16.90 miljun (€39.37 miljun) f’mediċini u materjal kirurġiku ieħor kienu diġa mħallsa. |
| Għadd ta’ | nuqqasijiet fil-kontroll u t-tħaris ta’ regolamenti ġew innotatii fuq Servizzi Kontrattwali u Professjonali fi ħdan id-Diviżjoni tas-Saħħa. |
| L-iskeda tax-xitwa | ta’ ħafna Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-Rural Affairs and PayingAgency hija ħmistax (15) il-minuta inqas kuljum mill-ħinijiet uffiċjali tas-Servizz Pubbliku mingħajr ma jkun kompensat fix-xhur tas-sajf. Il-listi ta’ l-attendenza tas-snin ta’ qabel ma kinux disponibbli għall-verifika. Awtorizzazzjoni f’waqtha biex tinħadem is-sahra ma kinitx qed tinkiseb mis-Segretarju Permanenti. Instabu nuqqasijiet oħra fil-pagamenti tas-sahra. |
| Minn kampjun magħżul instab li numru ta’ | benefiċjarji ta’ l-Għajnuna Soċjali kienu qed jirċievu benefiċċji b’rata żbaljata. Is-sistema awtomatika li biha jiġi stmat l-ammont ta’ l-Assistenza Soċjali, li ġiet introdotta f’Marzu 2005, ftit li xejn kienet qed tintuża’ minħabba l-proċess kumplikat biex tiddaħħal id-data. Instabu wkoll nuqqasijiet fejn jidħlu analiżi magħmulin minn bordijiet mediċi. |
| In-nuqqas ta’ kontroll fuq l-infieq għas-safar | fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin seta’ wassal għal parti miż-żieda ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija (25%) fuq l-istima oriġinali. Fl-ebda file ta’ avvanz ma nstabu aġendi u programmi relatati mas-safar li sar. Ċerti ħlasijiet li saru permezz ta’ credit card tal-Ministeru ma ġewx imnaqqsa mis-subsistence allowance. Dokumentazzjoni dwar is-safar ma kinitx dejjem kompluta jew inkella mhix ċara. Approvazzjonijiet ta’ ħlasijiet għal dik li hi ospitalita’ kif ukoll għax-xiri ta’ diversi assi nkisbu wara li kienet saret in-nefqa. Ħafna drabi ma nstabu l-ebda dokumenti fiskali mal-pagamenti. |
| Xogħol ta’ verifika li sar fuq il-ħidmiet tal-Welfare | Committee, għas-sena li għalqet fil-31 ta’ Diċembru 2005, wera wkoll dawn in-nuqqasijiet: |
· l-informazzjoni dwar it-trattament għall-iskop tal-kontijiet tal-infieq kapitali li ntużat fid-Dikjarazzjoni ta’ Dħul għas-sena kompluta mhux dejjem kienet eżatt skont kif jitolbu l-iStandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju; (IFRSs)
· l-ebda proċess formali ta’ stima għal proġett kapitali ma sar qabel ma ħarġu dokumenti ta’ l-offerta biex jibda x-xogħol;
· ma kienx hemm, u lanqas ma ġiet mitluba, ebda approvazzjoni għall-varjazzjonijiet li qabżu l-limitu ta’ għoxrin fil-mija (20%). Dan il-limitu huwa stipulat fil-kundizzjonijiet tal-offerta fir-rigward ta’ diversi punti mniżżla fl-istima, jew skeda oriġinali ta’ xogħlijiet, fil-kuntratt għat-Twaqqigħ, Kostruzzjoni u Xogħlijiet ta’ Finishing;
· il-Kumitat ma għandux pjan formali ta’ skeda ta’ xogħol inkluż cash flow budgeting tajjeb;
· instabu ineżattezzi f’offerta li ntgħażlet wara l-ġudizzju tal-offerti. Barra minn hekk, wara dan l-istess ġudizzju, kellu jiżdied il-valur ta’ ċerti komponenti.
| L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika kellu diversi | limitazzjonijiet waqt l-eżaminar ta’ proċeduri tad-Dwana f’dak li għandu x’jaqsam ma’ merkanzija miżmuma, maqbuda u konfiskata. Kien hemm nuqqas ta’ proċeduri rigward il-qerda ta’ oġġetti u l-valutazzjoni tagħhom. Proċeduri rigward dikjarazzjonijet ta’ importazzjoni kienu nkonsistenti. Nuqqas ta’ sigurta’ u nuqqas ta’ kontroll fuq stock ukoll ġew innotati. |
| Għalkemm | ir-responsabilita’ ta’ l-iskema ta’ pubbliċita’ dwar it-Taħriġ u l-Impiegi hija tal-Korporazzjoni tat-Taħriġ u l-Impjieg (E.T.C.), kollox spiċċa dipendenti minn kumpanija li tqabbdet tħaddem din l-iskema. Instab ukoll li għalkemm kien hemm kontijiet li ġew ċertifikati, u għalhekk setgħu jitħallsu, fil-fatt ftit li xejn saret verifika qabel sar il-pagament. |
| Biex jiġi żgurat | li prodotti u servizzi, li parti minnhom huma ffinanzjati mill-Kont Pubbliku, kienu qed jitwasslu fil-post u kienu skont l-ispeċifikazzjonijiet, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) kellha d-dmir tagħmel żjarat fuq il-post, qabel ma jiġu rimborsati nies li kellhom jitħallsu. Dan mhux dejjem sar. Verifikazzjonijiet oħra fuq il-post, fil-bidu ta’ xi proġett, saru tard u ma kinux effettivi. |
| Kontribuzzjonijiet u liċenzji miġbura mill-MTA | kienu maħduma fuq informazzjoni mhux kompluta. Din l-informazzjoni nġabret mingħand l-Awtorita’ Marittima u minn diversi għases lokali tal-Pulizija rispettivament, għax qabel kienu huma l-amministraturi fuq kull dħul ta’ flus. |
Ir-Rapport sħiħ jidher fis-Sit Elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: http://www.nao.gov.mt mit-30 ta’ Settembru, 2008.
Stqarrijiet Oħra:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977