Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1379
Date Icon 29/09/2008
Diskussjonidwar riforma fil-Politika Komuni tas-Sajd tal-Unjoni Ewropea
Il-PolitikaKomuni tas-Sajd li ddaħħlet fl-2002 wasslet biex kien irreġistrat progress f’numru ta’ oqsma. Din ir-riforma eventwalment trid tigi riformata fl-2012 u għalhekk dan huwa ż-żmien adattat li l-istess Politika Komuni  tiġi evalwata biex ir-riforma tkun tista’ tindirizza numru ta’ issues importanti bħalma hi l-konservazzjoni ta’ speċi ta’ ħut mhedda kawża ta’ sajd insostenibbli.
Dan qalu l-Ministrugħar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino meta indirizza laqgħa informali tal-Ministri tas-Sajd tal-Unjoni Ewropea li saret illum fi Brussels fuq inizjattiva tal-Presidenza Franċiża tal-Unjoni Ewropea.
Il-MinistruGeorge Pullicino elenka numru ta’ oqsma fejn il-Politika Komuni tas-Sajd attwali wasslet għal titjib bħalma huma immaniġġjar aktar fit-tul ta’ stocks ta’ ħut, aktar importanza lill-immaniġġjar reġjonali, titjib fil-ġbir ta’ data kif ukoll aktar importanza lill-eko sistemi fl-istrateġija għas-sajd.
Il-MinistruPullicino tkellem fid-dettal dwar l-oqsma li r-riforma eventwali trid tindirizza u fost dawn hemm il-fatt li għad hemm theddida serja fuq ċerti speċi ta’ ħut u dan hu kkawżat minn flotot b’kapaċita’ akbar minn dak approvat kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ kontrolli adekwati.  Pullicino saħaq li dawn in-nuqqasijiet qed iwasslu biex ikun hemm żbilanċ bejn sajjieda li ma jobdux ir-regoli u sajjieda oħrajn li joperaw kif mitlub mir-regolamenti. Huwa saħaq fuq il-bżonn li r-riforma eventwali tagħraf id-diversita’ tar-Reġjuni u qal li għandha tingħata attenzjoni biex ma jinħolqux limitazjonijiet li mbagħad jiġu sfruttati bħala opportunitajiet minn pajjizi terzi għal aktar żvilupp fil-flotot tagħhom.
Pullicino qal lir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd trid twassal ukoll biex l-Unjoni Ewropea jkollha Politika aktar simplifikata u effettiva li tiggarantixxi li jintlaħqu l-miri li se jkunu stabbiliti.  Il-Ministru George Pullicino appella wkoll li r-riforma tikkunsidra wkoll ir-realtajiet ġodda ta’ llum u ta’ għada bħalma huma l-isfidi tat-tibdil fil-klima u l-bżonn li tkun iggarantita provvista adekwata ta’ ikel għall-popolazzjoni dinjija li kulma jmur qed dejjem tiżdied.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow