L-OPPOŻIZZJONI TRID LI JINTREMA PATT LI JGĦIN LIL PAJJIŻNA FIL-PROBLEMA TAL-IMMIGRAZZJONI ILLEGALI
pr1371
28/09/2008
Id-diskors tal-lum tal-mexxej Laburista Dr. Joseph Muscat juri biċ-car li jew ma jifhimx kif taħdem l-Unjoni Ewropea jew inkella jrid ixejjen dak li l-Gvern irnexxielu jilħaq flimkien mas-26 pajjiż l-ieħor membru tal-Unjoni Ewropea, biex il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea jaqsmu l-piż tal-immigrazzjoni illegali.
| Il-fatt huwa li l-Patt dwar l-Immigrazzjoni u | l-Ażil huwa żvilupp kruċjali u pass kbir ‘l quddiem u mingħajr preċedent għal pajjiżna fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni illegali. B’dan il-Patt hemm l-impenn tal-pajjizi kollha membri tal-Unjoni Ewropea li jaqsmu l-piz mal-pajjizi li huma l-aktar milquta. |
| Il-mexxej Laburista qiegħed jiehu pożizzjoni | kontra il-Patt li ġie miftiehem, madanakollu ma propona ebda alternattiva. Hu ma ressaq ebda proposta konkreta. |
| Sa’ | ftit ilu l-Unjoni Ewropea ma kienitx tittratta l-immigrazzjoni illegali bħala problema tal-Unjoni Ewropea, iżda kull pajjiż membru jittratta dan il-fenomenu ghal rasu. Għalhekk kien sinifikanti ħafna li l-Presidenza Franċiża mhux biss għażlet li tpoġġi l-immigrazzjoni illegali ‘l fuq ħafna fl-aġenda tagħha, iżda anke li tressaq Patt bħal dan għall-konsiderazzjoni tas-27 stat membru. Il-Patt mhux biss ser ikun ifisser għajnuna għal Malta biex iġġorr il-piż ta’ l-immigrazzjoni illegali, iżda ser ikun qiegħed anke jpoġġi qafas għal politika komuni dwar l-immigrazzjoni illegali għall-Unjoni Ewropea, li s’issa ma tezistix. |
| Ladarba dan il-Patt jiġi diskuss u approvat | mill-Kunsill Ewropew ikun imiss lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel l-arranġamenti neċessarji biex ikun jista’ jidħol fis-seħħ u tħaddmu. Dan ifisser li l-Patt u l-proviżjonijiet tiegħu – inkluż il-mekkaniżmi ta’ burden sharing li Malta inisistiet li jiddaħħlu f’dan il-Patt -iridu jibdew jitħaddmu għax il-Kummissjoni Ewropea ser tkun ingħatat struzzjonijiet mis-27 membru ta’ l-Unjoni biex tagħmel dan. |
| Ta’ | min isemmi li pajjiżna f’dan il-mument diġa’ qed iħaddem il-kunċett ta’ burden sharing ma’ xi pajjiżi Ewropej u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li diġa qed jieħdu refuġjati u persuni li qed jingħataw protezzjoni umanitarja minn Malta. Dawn l-arranġamenti, iżda, qed isiru fuq bażi bilaterali. B’dan il-Patt dan il-kunċett ser ikun estiż għall-Unjoni Ewropea bħala unjoni ta’ 27 pajjiż u mhux arranġament bejn pajjiżna u pajjiż ieħor. |
| Dan | il-Patt huwa aktar sinifikattiv għax ser ikun japplika għal dawk il-persuni li jingħataw xi forma ta’ protezzjoni internazzjonali – jiġifieri l-parti l-kbira ta’ l-immigranti llegali li qed jaslu Malta. Barraminhekk, il-persuni li ma ħaqqhomx protezzjoni ser jintbgħatu lura lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom anke grazzi għall-fondi li l-UE hija marbuta li tibqa tipprovdi għal dan l-għan. |
| Fid-dawl ta’ dan kollu, huwa diffiċli li wieħed | jifhem ir-raġunament tal-Partit Laburista li huwa ta’ fehma li għandu jintrema’ Patt li konkretament ser iwassal biex il-pressjoni ta’ l-immigrazzjoni illegali tittaffa minn fuq pajjiżna, mingħajr lanqas ma joffri alternattivi konkreti għalih. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977