STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX BĦALA RISPOSTA GĦAL STQARRIJA LI NĦARĠET AKTAR KMIENI MILL-MUMN BIT-TITLU ‘L-MUMN TITLOB L-INTERVENT TAL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX’
pr1369
27/09/2008
| B’referenza | ghall-istqarrija għall-istampa li ħarget aktar kmieni l-MUMN, intitolata ‘L-MUMN titlob l-intervent tal-Ministru għal Għawdex’ il-Ministeru għal Għawdex huwa nfurmat kif ġej: |
| Wara d-direttivi | maħruġa mill-MUMN nhar il-31 ta’ Awwissu 2008, mibgħuta lis-Supretendent ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dwar is-sitwazzjoni fis-Sala Ġenerali Nisa fl-istess Sptar, il-management ta’ l-Isptar, permezz tal-Manager Nursing Services, irrisponda fis-7 ta’ Settembru 2008, li kienu ttieħdu l-passi kollha possibli biex tiġi ammeljorata s-sitwazzjoni fl-imsemmija Sala. |
| Fir-risposta | tagħhom li ġġib l-istess data, l-MUMN irrispondew li ‘b’sodisfazzjon din il-Union tilqa’ il-ftehim li sar bejn il-Management u r-rappreżentanti ta’ l-MUMN fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex dwar l-impenn li l-istess management ser ikollu sabiex jissuplixxi fil-FemaleGeneralWard numru ta’ staff li jilħaq il-livell mitlub minn din il-union, kif ukoll li kkommetta ruħu li jibghat 3 nursesfull-timers hekk kif dawn jiġi mogħti lilhom l-appointment ta’ Staff Nurses’. |
| L-MUMN | issospendiet id-direttivi tagħha b’effett immedjat fis-7 ta’ Settembru 2008. Is-sejħa ghall-applikazzjonijiet għal grad ta’ Staff Nurse Full time għalqet il-bierah, 26 ta’ Settembru 2008. |
| Mis-7 ta’ Settembru 2008 sal-lum ma saret l-ebda | korrispondenza mill-MUMN lill-Management ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. |
| Il-Management ta‘ l-Isptar jinsab sorpriż | bl-istqarrija maħruga, peress li ma ġiex avviċinat mir-rappreżentanti tal-Union mis-7 ta’ Settembru 2008 sal-lum u ma hemm l-ebda disgwid mall-Union. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977