Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX BĦALA RISPOSTA GĦAL STQARRIJA LI NĦARĠET AKTAR KMIENI MILL-MUMN BIT-TITLU ‘L-MUMN TITLOB L-INTERVENT TAL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX’

pr1369
Date Icon 27/09/2008
B’referenzaghall-istqarrija għall-istampa li ħarget aktar kmieni l-MUMN, intitolata ‘L-MUMN titlob l-intervent tal-Ministru għal Għawdex’ il-Ministeru għal Għawdex huwa nfurmat kif ġej:
Wara d-direttivimaħruġa mill-MUMN nhar il-31 ta’ Awwissu 2008, mibgħuta lis-Supretendent ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, dwar is-sitwazzjoni fis-Sala Ġenerali Nisa fl-istess Sptar, il-management ta’ l-Isptar, permezz tal-Manager Nursing Services, irrisponda fis-7 ta’ Settembru 2008, li kienu ttieħdu l-passi kollha possibli biex tiġi ammeljorata s-sitwazzjoni fl-imsemmija Sala.
Fir-rispostatagħhom li ġġib l-istess data, l-MUMN irrispondew li ‘b’sodisfazzjon din il-Union tilqa’ il-ftehim li sar bejn il-Management u r-rappreżentanti ta’ l-MUMN fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex dwar l-impenn li l-istess management ser ikollu sabiex jissuplixxi fil-FemaleGeneralWard numru ta’ staff li jilħaq il-livell mitlub minn din il-union, kif ukoll li kkommetta ruħu li jibghat 3 nursesfull-timers hekk kif dawn jiġi mogħti lilhom l-appointment ta’ Staff Nurses’.
L-MUMNissospendiet id-direttivi tagħha b’effett immedjat fis-7 ta’ Settembru 2008. Is-sejħa ghall-applikazzjonijiet għal grad ta’ Staff Nurse Full time għalqet il-bierah, 26 ta’ Settembru 2008.
Mis-7 ta’ Settembru 2008 sal-lum ma saret l-ebdakorrispondenza mill-MUMN lill-Management ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-Management ta‘ l-Isptar jinsab sorpriżbl-istqarrija maħruga, peress li ma ġiex avviċinat mir-rappreżentanti tal-Union mis-7 ta’ Settembru 2008 sal-lum u ma hemm l-ebda disgwid mall-Union.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow