STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1363
26/09/2008
| KONFERMA | TAS-SUPERFIĊJALITA’ TAL-PARTIT LABURISTA DWAR TEMA IMPORTANTI U SENSITTIVA BĦALMA HI T-TIBDIL FIL-KLIMA |
| Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ | konferma tas-superfiċjalita’ tal-Partit Laburista, wieħed għandu jara kif il-Partit Laburista qed jittratta tema importanti u sensittiva bħalma hi t-tibdil fil-klima. L-Onor Leo Brincat illum ħareġ stqarrija oħra, l-aħħar waħda minn sensiela, fejn fiha jgħid x’se jkun il-kontenut tal-private members bill li beħsiebu jressaq fil-Kamra tar-Rappreżentanti dwar l-istess suġġett. |
| Wara ġimgħat sħaħ jiftaħar li | se jressaq din il-Private Members Bill, illum l-Onor Brincat ma staħax jgħid li l-iskop ta’ din l-azzjoni tiegħu hi li jrid impenn u azzjoni. Dan hu ftit jiem biss wara li l-Onor Brincat ħabbar li kien iltaqa mal-kumitat ta’ esperti mwaqqaf mill-Gvern biex iħejji rakkomandazzjonijiet għal strateġija nazzjonali li twassal għall-implimentazzjoni ta’ mizuri konkreti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Dan hu tabilħaqq prova tal-impenn u l-azzjoni tal-Gvern f’dan il-qasam. Il-fatti juru li s-Shadow Minister Leo Brincat ma huwiex aġġornat ma’ x’qed jagħmel il-Gvern tant li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien għadu qed jitlob li jitwaqqaf kumitat ta’ esperti. |
| Id-dikjarazzjoni tal-lum | tal-Onor Brincat hija konferma oħra, jekk għad hemm bżonn, li l-għan tal-Partit Laburista huwa wieħed - dak li jibqa’ gallerija u ma’ jipproponi xejn bħala mizuri konkreti għall-istrateġija u li jista’ jpoġġih f’dawl ikrah ma xi sezzjoni tal-popolazzjoni. |
| Fil-frattemp, l-invit tal-Gvern | lill-Oppozizzjoni biex tikkontribwixxi bis-serjeta’ fit-tfassil ta’ din l-istrateġija għadu miftuħ, għaliex pajjiżna u l-ġenerazzjonijiet futuri jridu fatti u impenn konkret u mhux stqarrijiet, dikjarazzjonijiet jew Private Members Bills! |
Stqarrijiet Oħra:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977