Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1363
Date Icon 26/09/2008
KONFERMATAS-SUPERFIĊJALITA’ TAL-PARTIT LABURISTA DWAR TEMA IMPORTANTI U SENSITTIVA BĦALMA HI T-TIBDIL FIL-KLIMA
Jekk qatt kien hemm bżonn ta’konferma tas-superfiċjalita’ tal-Partit Laburista, wieħed għandu jara kif il-Partit Laburista qed jittratta tema importanti u sensittiva bħalma hi t-tibdil fil-klima.  L-Onor Leo Brincat illum ħareġ stqarrija oħra, l-aħħar waħda minn sensiela, fejn fiha jgħid x’se jkun il-kontenut tal-private members bill li beħsiebu jressaq fil-Kamra tar-Rappreżentanti dwar l-istess suġġett.
Wara ġimgħat sħaħ jiftaħar lise jressaq din il-Private Members Bill, illum l-Onor Brincat ma staħax jgħid li l-iskop ta’ din l-azzjoni tiegħu hi li jrid impenn u azzjoni.  Dan hu ftit jiem biss wara li l-Onor Brincat ħabbar li kien iltaqa mal-kumitat ta’ esperti mwaqqaf mill-Gvern biex iħejji rakkomandazzjonijiet għal strateġija nazzjonali li twassal għall-implimentazzjoni ta’ mizuri konkreti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.  Dan hu tabilħaqq prova tal-impenn u l-azzjoni tal-Gvern f’dan il-qasam. Il-fatti juru li s-Shadow Minister Leo Brincat ma huwiex aġġornat ma’ x’qed jagħmel il-Gvern tant li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien għadu qed jitlob li jitwaqqaf kumitat ta’ esperti.
Id-dikjarazzjoni tal-lumtal-Onor Brincat hija konferma oħra, jekk għad hemm bżonn, li  l-għan tal-Partit Laburista huwa wieħed - dak li jibqa’ gallerija u ma’ jipproponi xejn bħala mizuri konkreti għall-istrateġija u li jista’ jpoġġih f’dawl ikrah ma xi sezzjoni tal-popolazzjoni.
Fil-frattemp, l-invit tal-Gvernlill-Oppozizzjoni biex tikkontribwixxi bis-serjeta’ fit-tfassil ta’ din l-istrateġija għadu miftuħ, għaliex pajjiżna u l-ġenerazzjonijiet futuri jridu fatti u impenn konkret u mhux stqarrijiet, dikjarazzjonijiet jew Private Members Bills!
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow