Left arrow Mur Lura

STQARRIJA GHALL-ISTAMPA MILL-UFFICJU TAL-KOMPETIZZJONI GUSTA

pr1359
Date Icon 26/09/2008
B’riferenza għad-diversirapporti li dehru fil-medja dwar x’riżultat ħalla l-istħarriġ dwar is-suq tal-uniformijiet tat-tfal tal-iskola, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jrid jiċċara li l-iskop ta’ dan l-istħarriġ kien li jwassal biex jinħarġu linji gwida biex l-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex jimxu fuqhom.
F’dan l-istħarriġ ipparteċipaw ġenituri uskejjel permezz ta’ kwestjonarji li ġie mħejji apposta u li tqassmu mal-iskejjel kollha.  F’dan l-istħarriġ pparteċipaw 133 skola u ‘l fuq minn 1,000 ġenitur. L-Uffiċċju kellu wkoll għadd ta’ laqgħat ma’ numru ta’ operaturi fis-suq kif ukoll ma’ numru ta’ skejjel partikolari. Minkejja li l-mira tal-Uffiċċju kienet it-tlestija tal-istħarriġ sal-bidu tas-sena skolastika, il-ħtieġa li jinstemgħu l-akbar numru possibbli ta’ stakeholders biex ikunu determinati rakkomandazzjonijiet aktar ġusti għal dawk kollha involuti, wasslet biex il-proċess kien estiż.
L-Uffiċċju għamel evalwazzjoni tas-suq inkwistjoni u identifika numru ta’ aspetti li jeħtieġ li jiġu indirizzati. Fost l-oħrajn, l-Uffiċċju jirrakkomanda li għandu jkun hemm proċess ta’ sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ uniformijiet, li aktar minn ħanut wieħed ikun jista’ jbiegħ l-uniformijiet u li l-iskejjel għandhom jevitaw uniformijiet b’disinji kkumplikati biex jillimitaw l-ispejjeż. Bħalissa, għaddejjin diskussjonijiet mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni dwar l-aħjar mod ta’ kif dawn ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jinbidlu f’linji gwida li jkollhom jiġu osservati mill-iskejjel kollha.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

Aktar Stqarrijiet Right arrow